
Anton Muscat Azzopardi kien jaghmel kuncert fil-gimgha u meta jkun hemm bzonn anke tnejn jew tlett kuncerti fil-gimgha. Il-kuncerti kienu jdumu hafna u trasport ma kienx ikun hawn. Ghalhekk, dan kien jorqod il-Kazin. Niftakru qabel it-tieni gwerra dinjija, meta l-kazin kien f'numru 19 Misrah il-Knisja, fit-tieni pjan tat-tarag kien hemm bieb ghal kamra tas-sodda tas-Surmast u din kienet tintuza mis-surmast biss, fejn kellu skrivanija u l-affarijiet l-ohra necessarji li kienu jintuzaw fil-kmamar tas-sodda f'dawk iz-zminijiet. Ghall-kuncerti kien jigi kmieni hafna sabiex jaghti l-lezzjonijiet lill-istudenti li kienu jkunu jitghallmu ghand il-veterani Carmelo Fenech (it-tatu) u Indri Saliba (Bajbonu). Maximilla Zammit kienet tlestilu c-cena u wara l-gwerra kienet tiehu hsieb ic-cena tieghu Andreana Busuttil. Kien bniedem li jaf imur ma' kulhadd u qatt ma naf li waqt il-kuncerti kien icanfar lil xi hadd. Meta xi bandist kien jaghmel xi zball qatt ma kien isemmieh b'ismu. Kien bniedem kolt u edukat hafna u qatt ma maqdar lil xi hadd. Fost kollox kien bniedem religjuz hafna u l-gost tieghu kien it-taghlim. Hafna kienu li bbenefikaw mit-taghlim tieghu u kien rispettat minn Hal Luqa kollha. F'kull okkazjoni li kien ikollha s-socjeta' dejjem kien ikun prezenti u fil-hin. Ghalkemm kien surmast direttur ta' hafna baned, dejjem ta priorita' lill-Banda Sant'Andrija.
Fl-ahhar zmien tat-tieni gwerra, meta s-socjeta' regghet bdiet tiffunzjona min numru 134 Triq il-Karmnu, wara l-kuncerti kien ukoll jorqod fil-kazin, izda meta kollox gie ghan-normal, kien jigi provdut trasport biex iwassluh sad-dar f'Maitland Street il-Hamrun.
Kien surmast li jaf jikkoncerta u bicca muzika tqila kemm tkun tqila, bil-kuncerti kien igibha perfetta. Kien maghruf hafna ghat-taghlim tal-vuci u fost il-kantanti li studjaw ghandhu nsibu lit-tenur Oreste Chircop, is-sopran Hilda Mallia Tabone u l-Baxx Piju Zammit, li kollha ghamlu isem ghal hila taghhom.
Fl-1951, Mro Muscat Azzopardi ghamel l-arrangament ghall-Banda tal-Kantata lill-Appostlu Sant'Andrija tas-Surmast Pawlu Vella li jiehdu sehem fih tenur, sopran, baxx u kor. Kien ukoll habib kbir tas-Surmast Carmelo Pace u kien jghinu hafna fit-taghlim tal-vucijiet ghall-opri tieghu. Kien is-surmast Muscat Azzopardi li kkuncerta u dderiega l-'Overture 1812' bil-kor li ndaqqet ghall-ewwel darba f'Malta mill-Banda Sant'Andrija, ghall-okkazjoni ta' l-inawgurazzjoni ta' plancier gdid fl-20 ta' Settembru 1959.
Fil-frattemp mietu kemm huh kif ukoll ohtu li kien jghix maghhom u sab ruhu wahdu. Mar joqghod ir-Rabat quddiem il-kazin tal-Banda L-Isle Adam fejn kien surmast direttur ukoll, telaq il-baned l-ohra kollha u zamm biss il-Banda Sant'Andrija u l-Banda l-Isle Adam.Fl-ahhar ghaxar snin li dam surmast mal-Banda Sant'Andrija kien jirregala s-salarju tieghu lis-socjeta' u kull meta l-kaxxier kien joffrilu s-salarju, Mro Anton Muscat Azzopardi kien iwiegbu: "dawk zomomhom ghall-ispejjes tas-socjeta'". U kien jirritornhom lura lill-Kaxxier.
B’xorti tajba ghalih, is-surmast Muscat Azzopardi idderiega l-programm tal-75 Anniversarju tal-Banda Sant’Andrija.
Ghall-bidu tal-1978, Anton Muscat Azzopardi beda jnaqqas mid-dawl u gharraf lill-President tas-socjeta' li minhabba din ir-raguni ma setax ikompli bhala Surmast direttur. Is-socjeta' ghamlitlu festa sabiex tirringrazzjah ghal dak kollu li ghamel ghall-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u f'lejlet il-festa ta’ Sant’Andrija tas-sena 1978, Anton Muscat Azzopardi, bid-dmugh niezel minn ghajnejh, idderiega l-Banda Sant’Andrija ghall-ahhar darba, bid-daqq ta' l-Innu tal-Banda, banda li tant habb. U hekk kif kien imdawwar bil-membri tal-Kumitat, bandisti u dawk kollha li ghallem hu stess, il-President tas-socjeta' Carmelo Baldacchino ghamillu diskors ta' l-ahhar u f'isem is-socjeta' tah rigal. Bi twegiba, Mro Muscat Azzopardi emmozjonat ghall-ahhar, ghadda l-bakketta flimkien mad-direzzjoni tal-Banda Sant’Andrija f’idejn Bandist ewlieni, bin l-istess socjeta', Paul Schembri, filwaqt illi rrakkomandalu biex jiehu hsieb il-Banda Sant'Andrija kif dejjem ghamel hu. Il-kommozzjoni kienet kbira wisq ghas-Surmast Anton Muscat Azzopardi u ma naqsitx dik id-demgha f’ghajnejh, hekk kif ghadda d-direzzjoni tal-Banda li tant habb u ghozz ghal 46 sena shah, kemm fil-maltemp kif ukoll fil-bnazzi.
L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija dejjem baqghet grata lejn dan is-surmast sal-mewt. Miet waqt li kien jinsab f'Ghawdex fit-8 ta’ Dicembru 1979 fl-eta' ta' 76 sena fil-Kunvent tal-Patrijiet ta' Sant'Antnin. Il-funeral solenni tieghu sar fid-9 ta’ Dicembru 1979 fir-Rabat Malta u f’Hal Luqa. Iz-zewg baned tant ghal qalbu sa’ l-ahhar, l-Isle Adam tar-Rabat u Sant’Andrija ta’ Hal Luqa, inghaqdu f’Banda wahda u akkumpanjawh l-ewwel fir-Rabat, fejn saritlu quddiesa presente cadavere, ikkoncelebrata minn ghadd kbira ta’ sacerdoti fosthom il-Kappillan ta’ Hal Luqa, il-WR Dun Innocenz Borg.
Wara nofs innhar, il-funeral tieghu wasal Hal Luqa fejn, fi Triq il-Karmnu, sab liz-zewg baned L-Isle Adam u Sant’Andrija ffurmati f’banda wahda, jistennewh. Dawn flimkien ma’ ghadd kbir ta’ partitarji u membri, flimkien ma’ numru kbir ta’ ghaqdiet ohra mir-rahal u anke ta’ diversi baned ta’ lokalitajiet ohra, akkumpanjawh tul il-korteo kollu li ghadda minn Triq il-Karmnu, Pjazza Sant’Andrija, Misrah il-Knisja, Triq San Guzepp u Triq Santa Marija. It-tebut tieghu intrefa’ minn membri tal-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija matul it-triq tal-Korteo. Mta wasal quddiem il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija, ghadd kbir ta' fjuri gew mitfugha fuq it-tebut tieghu bhala l-ahhar tislima lil dan is-surmast li kien tant mahbub mill-Hal Luqin kollha specjalment mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Minn hemm il-korteo baqa’ sejjer fi triqtu lejn ic-Cimiterju ta’ l-Addolorata fejn jinsab midfun.
Il-memorja tal-Kavallier Mro. Anton Muscat Azzopardi tibqa’ mahbuba u mfakkra tul iz-zmien; u l-memorja tieghu ghadha mizmuma b’ghozza kbira fl-arkivju tal-Kazin tal-Banda Sant’Andrija.Fit-28 ta’ Gunju 1998, waqt ir-riceviment fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Sant’Andrija u fl-okkazjoni ta’ eghluq l-20 sena minn meta rtira minn Surmast tal-Banda, inkixef bust tal-mibki izda qatt minsi Mro. Chev. Anton Muscat Azzopardi, mis-successur tieghu is-surmast Paul Schembri. Wara diskors li sar mill-President Onorarju tas-socjeta’ is-sur Carmelo Baldacchino, fejn tkellem fit-tul dwar il-hidma tas-surmast Anton Muscat Azzopardi. Dan il-bust huwa xoghol tal-artist Antoine Agius, li attenda wkoll ghal din l-okkazjoni.
Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.
last modified: May 2003