
ALEXANDER F. SERGE
ALEXANDER F. SERGE jew kif kien ahjar maghruf is-sur Alex twieled f'tas-Sliema u tghammed fil-parrocca ta' Stella Maris. Kien it-tieni
iben fost tlett ahwa: Affie, Alex u Joe. Ghal habta ta' l-1934
missier Alex gie joqghod Hal Luqa u fetah spizerija fejn kien il-kazin ta' Sant'Andrija fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja Parrokkjali.
Alex, kif kien l-iktar maghruf, kien jitghallem fl-iskola St Aloysius College tal-Gizwiti f'Birkirkara u fi tfulitu kien diga beda' juri sinjali ta' leadership. Ma damx ma ntegra ruhu mat-tfal tar-rahal ghax kien ihobb hafna l-festa, il-futbol u ta' tfajjel li kien, kien jilghab bil-mudell tal-knisja fid-dar.
Kien jaghmel il-festa ta' San Guzepp fejn hafna tfal mir-rahal, kienu jiehdu parti.
Meta beda jikber, beda jinteressa ruhu fil-muzika u nsibuh idoqq il-pjanu li kellhom fid-dar. Qabel it-tieni gwerra dinjija, kienimur ma missieru jbiegh il-medicini fl-irhula tal-qrib, u ghamel zmien jiehu hsieb l-ispizerija li missieru kellu fiz-Zurrieq.
Matul it-tieni gwerra l-familja Serge baqghet tghix f'Hal Luqa u l-ispizerija taghhom kienet ferm utli f'dak iz-zmien li kien hawn nuqqas kbir ta' mezzi ta' trasport.
Wara l-gwerra, l-hajja bdiet gejja lura ghan-normal u fl-1947, Alex Serge gie elett President ta' l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. F'dak iz-zmien, il-Luqa St. Andrew's Football Club ma kellhomx kazin u bl-inizjattiva tas-sur Alex Serge, il-kumitat u l-players bdew jiltaqghu fil-kazin tal-banda Sant'Andrija
sakemm wara l-gwerra krew post ghalihom.
Kienet b'inizjattiva tal-istess Alex Serge li wasslet biex l-Ghaqda Muzikali Sant Andrija xtrat billiard 'full size' li kien l-ewwel wiehed ta' dan id-daqs f'Hal Luqa. Lil Alex insibuh ukoll bhala bandist tal-"percussion" (batterija) mal-istess socjeta', u fl-1949 wiehed mill-marci li ndaqqu fuq ir-Redifussion
kien ukoll komposizzjoni tieghu. Kien ukoll dilettant tac-cinema u kien operatur tal-magni mal-KRS ghac-censura. Fid-dar tieghu, kellu kamra attrezzata b'magna tac-cinema u kien juri l-films lil hafna hbieb li kienu jmorru ghandhu. Fl-1953, Alex Serge rega' gie mahtur ghat-tieni darba President tal-Ghaqda Muzikali Sant Andrija. Matul dan il-perjodu,
is-socjeta' tat bidu ghal bicca xoghol kbira, dik tal-palk tal-banda ddekorat u s-sur Alex dahal ghal din il-bicca xoghol ta' responsabilta' li ntemmet b'success.
Meta qorob ic-Centinarju tas-Socjeta' s-sur Alex rega gie elett President tal-Ghaqda ghat-tielet darba u dam ghal perjodu ta' erba' snin shah, u minnufih ha r-responsabilta' sabiex isiru festi xierqa biex jitfakkar dan l-avveniment fl-istorja tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Matul dan il-perjodu tal-Presidenza tieghu, ha wkoll l-inizjattiva li jitwaqqaf l-ewwel Kumitat tan-Nisa Partitarji
u ghamel kemm setgha biex dawn il-festi jirnexxu. Kien mahbub u ammirat minn kulhadd;
fuq kollox kien ihobb il-paci, sew fi hdan is-socjeta' kif ukoll mar-rahal kollu. Wara li temm b'success l-inkariku tieghu bhala President huwa nhatar bhala President Onorarju tal-istess socjeta'.
PRESIDENT ONORARJU
Fuq kollox kien ihobb hafna l-familja u rabba lil uliedhu kif jixraq. Is-sur Alex halliena nhar is-27 ta' Frar tas-sena 2003.
L-Ghaqda Muzikali Sant Andrija hadet sehem fil-korteo funebri li sar fil-Knisja tas-Sacro Cuor f'tas-Sliema. F'Hal Luqa is-socjeta' organizzat quddiesa ghal ruhu fil-Knisja Parrokjali u li ghaliha hadu sehem il-familjari tieghu kollha flimkien mal-membri tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u ghadd kbir ta' hbieb tieghu Hal Luqin.
Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.
last modified: May 2003