
















































































Huwa mpossibbli li tikteb fuq Carmelo Baldacchino ghax hemm wisq xi tghid. Kien l-uniku tifel fost familja ta' xi hamest itfal. Kollha kellhom trobbija tajba ghal dawk iz-zminijiet li matulhom esperjenza anke l-gwerra, l-ghaks u l-guh. Pero' stinkaw u hadmu.
Lil Carmelo Baldacchino sirt nafu sa minn meta kont ghadni tifel, nigri wara l-papa' tieghi li f'dawk iz-zminijiet kien jokkupa l-kariga ta' President ta' l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija; u bhal huti, konna mmorru mieghu sal-Kazin biex nisimghu lill-banda Sant'Andrija li dak iz-zmien kienet immexxija mis-Surmast Muscat Azzopardi, fil-kuncerti tal-marci tal-festa, jew tal-Gimgha l-Kbira. Hemmhekk ma stajt ma tindunax bil-presenza tas-sur Karm kif kien tant maghruf. Kien ikun qed idoqq jew il-klarinett, jew it-Timpani. Imma hemm kien ikun.
Kien hu ukoll li lili kien hajjarni fl-1970 biex nidhol ghal kariga ta' Assistent Segretarju tal-Kazin, kif fil-fatt ghamilt. Kien attiv hafna bhal bqija ta' shabu ta' l-era tieghu: Cikku Mifsud, Ninu Micallef, Carmelo Caruana, Johnny Calleja, Paul Schembri, Alex Serge, il-papa' tieghi, Guzi Zammit iz-zanz, l-ahwa Noe' u Salvu Ciappara, Gammari Busuttil, Guzeppi Bajbonu, Mikiel Galea ta' Minka, u hafna u hafna nies ohra li kienu l-pilastri ta' dik l-era tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Hafna minnhom kienu guvintur, inkluz Carmelo Baldacchino, u ghalhekk kienu jistghu jiddedikaw hafna iktar hin minn shabhom l-ohra li kienu mizzewgin; uhud minnhom ukoll marru joqghodu 'l barra mir-rahal. Delizzji ohra ma tant kellhom u allura l-Kazin kien kollox ghalihom.
Kien impjegat tal-Malta Drydocks fejn wasal sal-kariga ta' Manager tal-Machine Shop. Kien jinteressa ruhu hafna f'kull tip ta' makkinarju, tant hu hekk illi l-esperjenza tieghu f'dan il-qasam swiet lill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija biex sar l-ewwel sellum mekkanizzat biex l-istatwa ta' Sant'Andrija li l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija tohrog ghal zmien il-festa, tittella fuq il-pedestall taghha b'mod majestuz. Wara li kien attenda diversi korsijiet barra minn Malta biex akkwista l-esperjenza prattika u teoretika tal-inginerija, din l-esperjenza tieghu giet utilizzata anke mill-awtoritajiet nazzjonali, bhaz-zmien li fih zarma boiler unit shih mill-Ingilterra biex stallah fil-Power station tal-Marsa. Kien ukoll Direttur tal-Enemalta Corporation, kif ukoll tat-Tarzna ta' Malta.
Fi hdan l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, lil Carmelo Baldacchino kont tista' tqisu l-'factotum' tas-socjeta': f'kollox kont issibu jghin u jahdem. Fil-banda, ma' tan-nar, fl-armar, fit-taghlim tal-muzika lil tant tfal u zghazagh, li ghalihom ddedika hafna minn hinu; waqt il-laqghat tal-Kumitat, fejn il-pariri tieghu kienu ferm imfittxija, fid-diskussjonijiet li kien ikollna mad-delegazzjoni tal-Kazin tal-Banda Unione u mal-Kappillan ta' Hal Luqa. Kull ftehim li sar ghall-festa ta' Hal Luqa, l-impronta tieghu kont issibha zgur. Kien negozjatur tajjeb fi zmien meta l-Ghaqda kienet ghaddejja minn zminijiet iebsa.
Dizappunti kellu wkoll. Ghadni niftakar iz-zmien meta ha pjacir hafna bil-ftehim tal-paci li kien sar bejn iz-zewg Kazini tal-Banda Luqin u ghalhekk kienu ftehmu li jghaddu minn quddiem xulxin u jistiednu lil xulxin ghal rinfresk fil-kazini ta' xulxin. Kien qisu rebah il-lotterija meta ra l-paci tirrenja bejn iz-zewg ghaqdiet rivali tar-rahal. Pero' dan il-ferh tieghu ma kellux idum meta sena minnhom, meta kien imiss lill-Banda Unione tghaddi, tefghulu l-biljetti tar-rinfresk go wiccu. U hemmhekk regghu intemmu r-relazzjonijiet li b'tant diffikulta' kienu regghu inbnew. Ma felahx dan l-insult, hu li tant hadem ghal biex jerga' jara l-ghaqda tirrenja fir-rahal.
Niftakar kaz iehor meta fl-1983 kien gie arrestat flimkien ma' xi 12-il partitarju iehor tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Kien iz-zmien li fih iccelebrajna l-eghluq tal-mitt sena mill-fundazzjoni tal- Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Kienet inqalghet glieda kbira quddiem il-kazin taghna, bejn partitarji tal-Banda Unione u dawk ta' Sant'Andrija. U xi bravu mill-Korp tal-Pulizija ta' dak iz-zmien, ghogbu jisma mit-tixwix ta' xi partitarji tal-Banda Unione, u gabru 12-il persuna partitarji tal-Banda Sant'Andrija u arrestawhom u haduhom fic-celel ta' taht il-Qorti. Is-Segretarju Francis X Dalli u hu kienu hadu nteress u marru l-ghassa tal-Pulizija ta' Rahal Gdid biex jaraw ghaliex gew arrestati partitarji tal-Banda Sant'Andrija biss meta dawn ma kellhom htija ta' xejn. U l-ispettur ta' dak iz-zmien kien qallu b'arroganza kbira: "inti titlaqx minn hawn ghax int ukoll arrestat." U s-Segretarju kellu jaqbad tal-linja biex jirritorna lura Hal Luqa, ghax kien wasslu s-sur Karm sa Rahal Gdid. U ahna li konna maghluqa fic-celel, meta rajna lis-sur Karm gej ghidna: fl-ahhar indunaw li ahna ma kellniex tort! Imma qalilna tifirhu xejn ghax jien ghal maghkom. U gie msakkar fic-cella. Wara nofsinnhar tellghuna quddiem il-Magistrat Gawdenz Borg, u waqt it-trattazzjoni tal-kaz ghal-liberta' provizorja, rajtlu d-dmugh niezel minn ghajnejh. Ma felahiex li intortament u bla htija ta' xejn, konna ser nigu mcahhda milli ngawdu l-festa. U dan meta ma kienx tort taghna li nqala' dak li nqala'. Imma z-zejt dejjem tela' f'wicc l-ilma u wara sebgha snin telghin u nezlin il qorti, hrigna lliberati. U hu l-ewwel wiehed.
Is-sur Karm iddedika hafna mill-hin tieghu b'risq is-socjeta' muzikali Sant'Andrija li kienet il-mimmi t'ghajnejh.
Kien interessat ukoll fir-ricerka dwar il-bidu tal-baned fir-rahal ta' Hal Luqa. U baqa' sa ma rnexxielu dan il-hsieb ukoll, tant u hekk illi l-Kumitat afdalu f'idejh l-istorja tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija biex tigi ppreparata u mitbughha fi ktieb ghall-okkazjoni tal-festi centenarji li saru fl-1983. Kien il-mohh wara dawn ic-celebrazzjonijiet. U l-Ghaqda harget sodisfatta. Min jaf kemm-il strument muzikali kien irranga biex jergghu jibdew jintuzaw? Min jaf kemm ghen anke finanzjarjament biex isiru certi progetti li saru mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija? Min jaf kemm hadem fuq ir-rikostruzzjoni tal-Kazin? Qed niftakar li meta bdiet l-ewwel rikostruzzjoni, gie mfassal it-tarag mis-sular ta' isfel ghal fuq, u gara li ma qabilx mal-livell ezistenti. Kellu jkun ghal darb'ohra is-sur Karm biex il-Hadd filghodu, flimkien ma' xi voluntiera ohra, hassru d-disinji li kien ghamel il-kuntrattur, u beda jfassal dan l-imbierek tarag, u gabuh precizament jaqbel mat-tieni sular.
Min jaf kemm il-Hadd filghodu ghadda jghallem allievi u kien gieli jdum sas-1.00 p.m. u mbaghad kien imur jiekol u jistrieh.
Is-sur Karm okkupa l-kariga ta' Segretarju u serva wkoll bhala President tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija ta' Hal Luqa f'diversi snin; kien bandist tal-istess socjeta' u ghal diversi snin wara li rtira mix-xoghol, kien jghallem lill-Allievi tas-socjeta'; f'kelma wahda kien attiv hafna fil-hajja socjali ta' Hal Luqa.
Dan l-ahhar sahhtu marret daqsxejn lura u beda jahseb biex jirtira f'xi dar ghall-anzjani, peress li anke sar difficli ghalih li jimxi mid-dar sal-Kazin. L-ahhar li ltqajna kien fil-festa tas-sena 2005 meta beda jghidli li huwa mhejji biex imur fid-Dar Santa Katerina H'Attard u kien jonqos biss li jsejjhulu. Qaghad jghidli li anke lest ghal kull ma jinqala'. Jien hadta li kien rassenjat illi meta jghogbu jsejjahlu l-Mulej, kien lest li jmur ukoll. Haseb ghal ruhu wkoll. Ftit xhur wara kien diga' H'Attard hu flimkien ma ohtu Adriana.
Miet nhar il-Hadd, 23 ta' April 2006 kmieni fil-ghodu, fl-eta' ta' 77 sena.
Il-Funeral tieghu sar l-ghada it-Tnejn, 24 t'April, 2006 li beda fis-2.30 p.m. mill-Isptar San Luqa ghall-Knisja Parrokjali ta' Hal Luqa fejn saritlu
quddiesa praesente cadavere fit-3.00 p.m. Malli l-hearse waslet quddiem il-Knisja delegazzjoni kbira mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija mmexxija mill-President taghha s-sur Raymond Zammit,
laqghet it-tebut tieghu, li kien miksi bi fjuri bojod, fuq iz-zuntier tal-Knisja fejn akkumpanjatu sa' quddiem l-artal bl-istandard taghha. Il-quddiesa li giet koncelebrata mill-Kappillan ta' Hal Luqa, Dun Karm
Camilleri hadu sehem Dun Norman Zammit, Mons. Innocent Borg u Patri Rafel Ellul, OFM Cap. L-Omelija saret mill-WR Kapp Dun Karm Camilleri.
Fi tmiem il-quddiesa il-President tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, is-sur Raymond Zammit ghamel apprezzament tal-hidma li Karmenu Baldacchino wettaq matul hajtu fi hdan l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Sar ukoll ringrazzjalment lil dawk kollha li ppartecipaw fil-funeral. Prezenti fost il-kongregazzjoni kien hemm diversi hbieb u kollegi tieghu mit-Tarzna ta' Malta u ta' l-EneMalta.
Wara l-quddiesa, it-tebut tieghu li kien akkumpanjat minn Dun Norman Zammit, u merfugh minn membri tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, ittiehed b'korteo akkumpanjat mill-Banda Sant'Andrija, b'marci funebri mill-Knisja Parrokkjali ghal Triq San Pawl fejn kien hemm il-hearse tistenna. Kif it-tebut wasal quddiem il-bieb tal-Kazin tal-Banda Sant'Andrija, li kien maghluq ghal din l-okkazjoni b'sinjal ta' rispett, it-tebut gie mdawwar lejn il-kazin minfejn intefghu xi fjuri fuq it-tebut. B'sinjal ta' rispett, il-Bandiera Maltija li kienet mezz'asta, tnizzlet u flokha telghet mezz'asta il-Bandiera l-kbira tal-Kazin.
Malli t-tebut iddahhal fil-hearse, in-nies li kien hemm migbura infexxu f'capcipa kbira b'sinjal ta' tislima ta' l-ahhar lil Karmenu Baldacchino.
It-tebut tieghu indifen fil-qabar tal-familja Baldacchino numru 28 sezzjoni ittra D, fic-Cimiterju ta' Hal Luqa, fejn inghata l-ahhar tislima mill-familja tieghu, mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija permezz ta' delegazzjoni mmexxija mill-President, bosta qraba u hbieb.
Ghaziza Adriana, sinjuri u hbieb, ippermettuli f'isem l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija naqsam maghkom dawn il-ftit hsibijiet,
f'din l-okkazjoni ta' dieqa, fuq il-mahbub huna s-sur Carmelo Baldacchino ex-President u President Onorarju ta' din
is-socjeta'.
L-ghodwa ta' l-23 t'April zgur li mhux ser ninsewha malajr, l-gurnata li fiha l-ahbar tat-telfa tas-Sur Carmelo
Baldacchino hasditna lkoll.
Is-sur Karm kif nahseb li lkoll konna nsejhulu, okkupa karigi importanti kemm f'entitajiet tal-Gvern fosthom
l-Enemalta u l-Malta Drydocks u l-onesta' u s-sincerita' tieghu zgur li gibdu l-ammirazzjoni ta' kull min hadem mieghu.
Kien imfittex minn hafna, anke mill-ghola awtoritajiet tal-pajjiz, ghal xi parir tekniku u b'dik l-onesta' tieghu u
b'imhabba kbira kien ikun lest li jghin lil kulhadd u jaghti l-ahjar parir possibli.
Izda zgur li wara l-imhabba lejn il-familjari tieghu, l-akbar imhabba tieghu kienet l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija.
Ghalih din kienet is-siehba tieghu. F?dawn il-kelmtejn mhux l-intenzjoni tieghi li nsemmi dak kollu li ghamel ghal
din l-ghaqda muzikali ghax zgur li ma jirnexxilix. Is-sur Karm bejn l-1967 u l-1990 okkupa ghal diversi snin u f'diversi
okkazjonijiet il-kariga ta' President ta' l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u meta ma kienx f'din il-kariga xorta wahda
kien jokkupa xi kariga ohra fil-kumitat taghha. Ghal diversi snin il-presenza tieghu fil-kumitat kienet indispensabbli
u meta kont titkellem fuq l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija ma stajtx ma ssemmiex ukoll lis-sur Karm. Kien hu li lili, bhal
hafna ohrajn, involvieni fil-kumitat ta' din l-ghaqda u hekk kelli x-xorti li nkun ghal diversi snin vicin tieghu.
Fil-kumitat hu kien dejjem l-ispirazzjoni f'kull sitwazzjoni. Kien minjiera ta' taghrif bi snin twal ta' esperjenza
u kellu r-risposta u soluzzjoni ghal hafna mid-diffikultajiet.
Kemm ilni nafu, jigifieri ghal dawn l-ahhar 25 sena, nistqarr li rajtu jinvolvi ruhu u jaghti l-appogg u l-inkuraggiment
tieghu f'kull sezzjoni ta' l-ghaqda u kien dejjem lest li jghin lil kulhadd, liz-zghazagh, lid-dilettanti ta' l-armar,
tan-nar u l-Banda.
Izda l-akbar imhabba tieghu kienet lejn il-banda. Is-sur Karm kien ukoll bandist izda fuq kollox kien ghalliem.
Ghal kwazi 20 sena shah, hu ha f'idejh it-taghlim tal-muzika b'kollaborazzjoni mas-Surmast. Ghal hinijiet twal u ta'
kuljum kont tarah imdawwar b'numru ta' tfal u zghazagh jghallem f'wahda mis-swali tal-kazin, tant li ahna din is-sala
bdejna u ghadna nsejhulha l-kamra ta' Baldacchin. Id-dedikazzjoni li kellu ghat-taghlim kienet wahda mpressjonanti.
Il-hinijiet twal li kien jaghmel u l-attenzjoni li kien jaghti lil kull tifel u tifla kienu xi haga li tghaggbek.
Imbaghad hallieh jirranga xi siltiet muzikali hfief u jlaqqa' lil dawn l-istess tfal kull nhar ta' Hadd filghodu u
flimkien jaghmlu kuncert. It-tbissima li kien ikollu u l-ferh ta' dawn l-aljevi zgur li ghadha f'qalb kull wiehed
u wahda minnhom. B'dawn l-istess aljevi meta saru bandisti, twaqqfet il-banda taz-zghazagh li ppartecipat kemm-il
darba f'konkorsi u kuncerti u dawn l-istess zghazagh, illum irgiel u nisa huma hafna mill-bandisti tal-Banda Sant'Andrija.
Ippermettuli hawnhekk naqralkom silta minn messagg li deher fil-guestbook tas-socjeta' llum, minn wiehed minn dawn
il-bandisti, Alex W Carachi u li mieghu zgur li jinghaqdu dawk kollha li bhalu kienu aljevi tieghu.
"Kienet ghalija, kif ukoll bla ebda dubju ghal hafna ohrajn, dik il-persuna li wriena u ghallimna napprezzaw wiehed
mill-isbah doni li seta' qatt jakkwista' l-bniedem: l-imhabba lejn il-muzika. Ghalhekk nixtieq ukoll naghti l-ahhar
tislima lis-Sur Baldacchin, li tassew kien jirrapprezenta l-imhabba specjali lejn dinja maghmula mhux biss minn noti,
imma wkoll minn melodiji li jghallmu u jghaqqdu 'l-gnus. Grazzi mill-qalb sur Karm."
Dan hu l-akbar wirt fost il-wirt kbir li hallielna s-sur Karm, mhux biss lill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija izda wkoll
lir-rahal ta' Hal Luqa. Wirt li bhalma hu rikkonoxxut mill-Ghaqda taghna, daqstant iehor ghandu jkun rikonoxxut mir-rahal
taghna.
L-akbar dispjacir tieghu kien meta minhabba ragunijiet ta' sahha ma setax ikompli jghallem u meta dan l-ahhar kellu
kontra qalbu jhalli r-rahal taghna minhabba sahhtu, u ma setax ikompli jigi sal-kazin. Izda qalbu baqghet hawn u kull
meta kont titkellem mieghu l-ewwel diskors kien ikun fuq il-kazin u fuq il-banda. L-ahhar li kien fostna f'Hal Luqa kien
proprju fil-Gimgha l-Kbira ghax ried jigi jara u jisma l-banda li tant kien ihobb u li tant hadem ghaliha.
Ahna li konna nafuh, li hdimna mieghu u li tghallimna minghandu, ghandna ghax nirringrazzjaw lil Alla li tana din
ix-xorti.
L-umilta' tieghu kabbritu. L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u Hal Luqa tilfu bniedem kbir, is-sur Karm ghandu jkun mera
ghalina lkoll. J'Alla dak li ghallimna nghozzuh, inkattruh u nghadduh lil ta' warajna. In-nuqqas tieghu zgur li se jhalli
vojt kbir fl-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. F'isimkom ilkoll u f'isem bosta hafna aktar nghidlu, Grazzi Sur Karm ta' dak
kollu li ghamilt, dak kollu li ghallimtna u mis-sema minn hdejn Sant'Andrija - dak li tant habbejt, issa idhol ghalina.
Aghtih O Mulej il-mistrieh ta' dejjem.