ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA




JIQBGHU MFAKKRA:

 

ANDREW DEMICOLI
MEMBRU ONORARJU

Andrew Demicoli maghruf ahjar bhala Indri "tal-Megreg", halliena fil-15 ta' Mejju 1996 fl-eta' venerabbli ta' 84 sena. Indri kien wiehed mis-"suldati ta' l-azzar" tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Kien attivista kbira b'qalb tad-deheb fejn serva ghal diversi snin lis-socjeta' taghna kemm bhala Bandist kif ukoll bhala membru fil-Kumitat.

Ghalih l-Ghaqda taghna kif ukoll il-banda kienet tigi l-ewwel wara l-familja tieghu. Il-mara tieghu Marija kienet ukoll tinkoraggieh ghax kienet taf xi tfisser ghalih is-socjeta'. Kemm il-darba rajnih jibki bil-ferh, kif ukoll waqt zmien ta' niket ghas-socjeta' muzikali taghna li tant kien ihobb.

Min ma jiftakarx iz-zmien tas-sajf tas-sena 1976 meta fuq l-ghatba tal-kazin, il-membri u partitarji kienu jingabru madwar Indri u jisimghuh jirrakkonta x'ghadda minn ghalih, meta kien fis-servizz fi zmien it-tieni gwerra dinjija, u kif kien jifqana bid-dahq ghall-kummiedji li kienu jsiru f'dawk iz-zminijiet, li minkejja t-tbatija tal-Maltin, kien hemm dejjem dik ix-xaqq ta' tama, ta' ferh, ta' kuntentezza.

Indri Demicoli kien bniedem kuragguz u kaz partikolari juri l-'guts' li kellu fejn kien jinvolvi l-kazin. Kienet gurnata fl-1951, meta Indri kien jaf li l-Prim Ministru ta' dak iz-zmien kellu jghaddi mill-Marsa. Huwa qaghad jistennih f'karozza gej, meta rah riesaq, hu saq ghal quddiemu sabiex jinblokka t-triq, nizel mill-karozza u ghamel speci ta' hold-up fuq il-Prim Ministru, sabiex jaghtih il-kelma li ser jaghtina l-post fejn illum ghandna l-kazin. Is-security staff tal-PM hargu mill-karozza sabiex jarrestawh izda hu waqqafhom ghax qalilhom li Indri kien habib kbir tieghu. Dak innhar il-PM wieghed lil Indri li l-post ser ikun taghna. Fil-fatt hekk kien, ghax bis-sahha ta' Indri Demicoli fi zmien ftit xhur konnha ksibnieh.

Indri kien 'clubman' li ftit nafu bhalu. U kien xieraq hafna li s-socjeta' taghna fl-1983 hatritu bhala Membru Onorarju tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Unur li kien verament jisthoqqlu.

Il-kumitat f'isem l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija ha sehem fil-funeral ta' Indri Demicoli - haga li kienet tixraq lil dan is-suldat qalbieni li kien xempju ta' l-Ghaqda taghna, li sar fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa li fiha hadu sehem il-membri tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u ghadd kbir ta' hbieb tieghu Luqin.



MILL-ALBUM .....




Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to
the administrator.

last modified: May 2003