ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA




JIQBGHU MFAKKRA:

 

DUMINKU ZARB
EX-PRESIDENT

Is-sur Zarb twieled fil-Brazil fit-3 ta' Dicembru 1912, iben Fredu u Maria Ebejer. Meta gie Malta fl-1920 kienu jsibuh bhala t-tifel tal-Brazil. Fl-1934 huwa zzewweg lil Maria Palma u kellu tmint itfal. Huwa kien tifel intelligenti u ta' 18-il sena dahal id-'Dockyard' bhala 'apprentice' u minhemm lahaq 'Foreman of Trades', fejn wara gie trasferit ghal ma' l-'Air Ministry'.

Duminku Zarb beda jistudja l-muzika fil-kazin tal-Banda Sant'Andrija taht il-gwida tas-sinjuri Gianpatist Caruana u Guzeppi Zammit, fejn sena wara, ddebutta mal-banda taghna fil-festa tal-Gimgha l-Kbira bil-klarinett. Fl-1935 huwa gie elett fil-kumitat u minn hemm 'il quddiem beda jahdem b'hiltu kollha ghall-gid tas-socjeta' taghna, tant li kien jokkupa kull kariga fl-amministrazzjoni tas-socjeta', u spicca fil-kariga ta' President tal-Ghaqda fis-sena 1955. Dam jokkupa l-kariga ta' president sa l-1963, meta miet fil-kariga. Duminku Zarb kien suldat ta' l-azzar tas-socjeta' taghna, u ma kien icedi qatt pulzier mid-drittijiet tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija.

Qabel ma nhatar bhala President, is-sur Zarb serva bhala Segretarju tas-socjeta' taghna, u meta nqalghu l-intoppi, dejjem wera l-kapacitajiet tieghu sakemm finalment spicca kollox b'wicc il-gid. Is-Sur Zarb kien il-mohh wara l-organizzazzjoni tal-festi kbar li saru ghall-okkazjoni tal-ftuh ufficjali tal-kazin tal-Banda Sant'Andrija fil-post fejn jinsab illum, fl-1952. Huwa kien il-mohh sabiex inbena l-plancier artistiku li ghadu kkunsidrat bhala wiehed mill-isbah li hawn f'Malta, u li kien inawgurat mill-President tal-Qorti Sir Luigi Camilleri u tbierek mill-E.T. Mons Isqof Emmanuele Galea fil-21 ta' Settembru 1959. Ghal din l-okkazzjoni kienu saru festi kbar.
Is-sur Zarb kien wiehed mill-pijunieri fit-trasferiment tal-festa ta' Sant'Andrija mix-xitwa ghas-sajf. Hadem kemm felah sabiex ix-xewqa tal-poplu ta' Hal Luqa ssehh, izda dan il-bniedem habrieki ma rnexxilux jara din ix-xewqa ssehh ghaliex fl-14 ta’ Marzu 1963 griet l-ahbar li Duminku Zarb kien halla din id-dinja. L-Ghaqda taghna dakinhar tilfet ragel li ta parti minn hajtu biex jiddefendi l-principji legittimi tas-socjeta’ taghna fi kwistjoni li hadet l-energiji ta' hafna nies u gabet firda kbira fir-rahal. L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija organizzatlu funeral li kien jixraq lil bniedem habrieki u suldat tal-azzar li hadem b'hila kbira u li llum is-socjeta’ taghna qieghda tgawdi l-frott tieghu.

Ta' min isemmi d-dokumentazzjoni li halla warajh Duminku Zarb fl-arkivju tal-Ghaqda, li fihom kien hemm dettaljata l-kwistjoni kollha ta' bejn iz-zewg kazini, il-laqghat generali stra-ordinarji li kienu jsiru matul dik l-epoka, u l-hidma diplomatika li kien wettaq flimkien ma' shabu tal-Kumitat, biex forsi jintlahaq ftehim bejn iz-zewg socjetajiet Luqin.


Fir-ritratti t'hawn taht jidhru:

Hajr lil Bernard Cutajar.




MILL-ALBUM .....




Copyright ©2001 - HFNET

Send any questions or problems regarding
this service to
the administrator.

last modified: May 2006