








































































bin John Mary u Imperia nee Cauchi twieled Hal Luqa fil-25 ta'
Mejju 1919. Izzewweg lil Judith nee Muscat u kellhom sitt itfal: Olga mart
Edwin Chircop, John mizzewweg lil Helen nee Muscat, Josephine mart Godwin
Degabriele, Hector mizzewweg lil Jane nee Sammut, Andy mizzewweg lil Odette
nee Drackard, u Franco.
Kien impjegat mas-servizzi Inglizi f'Malta sakemm dawn spiccaw fl-1979. Wara kien impjegat ma' kumpanija lokali f'Bulebel: Medelec Switchgear Ltd.
Okkupa l-karigi ta' President, Segretarju, u anke Kaxxier tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija ta' Hal Luqa f'diversi snin; kien Group Leader ta' Luqa Scout Group fi zmien il-gwerra; f'kelma wahda kien attiv hafna fil-hajja socjali.
Miet nhar l-Erbgha, 22 ta' Lulju, 1998 fl-4.30 p.m., fl-eta' ta' 79 sena wara marda kiefra.
Il-Funeral tieghu sar l-ghada l-Hamis, 23 ta' Lulju, 1998 li beda fl-4.00
p.m. mill-Isptar San Luqa ghall-Knisja Parrokjali ta' Hal Luqa fejn saritlu
quddiesa praesente cadavere. Malli l-hearse waslet quddiem il-Knisja
ingabru hafna nies fil-pjazza biex jaghtuh l-ahhar tislima, filwaqt illi
delegazzjoni kbira mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, marret tilqghu fuq
iz-zuntier tal-Knisja fejn akkumpanjatu sa' quddiem l-artal bl-istandard
taghha. It-tebut tieghu intrefa' minn uliedhu u qraba tieghu. Il-quddiesa li
giet ikkoncelebrata mill-Kappillan ta' Hal Luqa, Fr. Joe Camilleri hadu sehem
mal-hdax-il sacerdot, fosthom Patri Rafel Ellul li ghamel l-omelija li fiha
fahhar il-kwalitajiet sbieh ta' Felic Farrugia, il-hidma tieghu fil-familja,
fis-socjeta' u fuq ix-xoghol tieghu fejn kien maghruf ghall-onesta' kbira
tieghu.
Fi tmiem il-quddiesa il-President tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, is-sur Ivo Seychell ghamel apprezzament tal-hidma li Felic Farrugia wettaq matul hajtu fi hdan l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, u wara Jan Karl Farrugia ghamel ringrazzjalment lil dawk kollha li ppartecipaw fil-funeral. Ha sehem ukoll il-kor ta' Mro. Dione Buhagiar.
It-tebut tieghu indifen f'qabar gdid tal-familja Farrugia numru 38 sezzjoni ittra D, fic-Cimiterju ta' Hal Luqa, fejn inghata l-ahhar tislima mill-familja tieghu, mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija permezz ta' delegazzjoni mmexxija mill-President, bosta qraba u hbieb.