
JOHNNY CALLEJA
Fi zmien it-tieni gwerra dinjija, ta' 11-il sena, beda jitghallem il-kurunetta fil-Kazin
tal-Banda Sant'Andrija minghand is-sur Carm Fenech. Meta beda' jdoqq fil-banda, il-Kumitat
tas-socjeta' mill-ewwel ra fih sinjali li dan iz-zaghzugh kien jipprometti u xtralu kurunetta
gdida flok dik li kellu li kienet sofriet xi hsarat meta ggarraf il-kazin fl-attakk mill-ajru
li sar fis-26 ta' Frar 1941.
Kif spiccat il-gwerra, u l-hajja regghet bdiet tigi lura ghan-normal, beda jdoqq ma diversi
baned Maltin, fosthom il-King's Own u aktar tard insibuh ukoll mal-Banda La Vallette tal-Belt
Valletta. Meta spicca mill-Banda l-kurunettista Karmenu Falzon, is-Surmast Chev. Anton Muscat
Azzopardi poggieh solo kurunettista mal-Banda Sant'Andrija. Fl-1949, inghaqad mal-Banda
tar-Royal Airforce bhala Solo Kurunettista u spicca fl-1973, meta din il-Banda spiccat
tiffunzjona.
MEMBRU ONORARJU
Matul iz-zmien li ghamel fl-RAF, studja l-armonija ghand is-surmast Philip Gatt u l-istrumentazzjoni ghand is-Surmast Anton Muscat Azzopardi. Ghamel l-ezamijiet fl-RAF School of music ta' Usebridge fl-Ingilterra, fejn ikkwalifika ukiseb certifikat. F'dak il-perjodu, gie maghzul mir-RAF biex jiehu sehem fil-Korteo tal-Inkurunazjoni tar-Regina Elizabetta II mal-Kontingent tal-RAF f'Londra.
Is-sur Johnny Calleja ikkompona diversi marci kemm allegri kif ukoll funebri, ikkompona wkoll Fantasia bl-isem ta' Bye Gone Days, u din kienet indaqqet mill-Banda Sant'Andrija fil-Programm Vokali u Strumentali li kien sar fl-okkazjoni tal-Festi Centenarji tal-istess socjeta' li kien sar fit-18 ta' Gunju 1983.
Kien ukoll wiehed mill-komposituri - bandisti membri tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija li rregalaw marci lill-banda fl-okkazjoni tal-festi centenarji u kull wiehed minnhom idderiega l-banda waqt li kien qed jindaqq il-marc tieghu.
Lil John Calleja konna anke nsibuh Membru tal-Kumitat tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija fejn anke okkupa l-kariga ta' Vici President tal-Ghaqda bejn l-1972/3. Wara l-festi centenarji, li saru f'Gunju 1983, Johnny Calleja inhatar bhala Membru Onorarju tas-Socjeta'. Ghal xi zmien kien ukoll surmast tal-allievi tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Fiz-zmien li kien ghamel bhala Surmast tal-Allievi, kien introduca l-kuncert ta' l-Allievi f'Jum il-Milied, fejn l-allievi li kien jghallem kienu johorgu jdoqqu Christmas Carols fil-Pjazza taht id-direzzjoni tieghu.Kien beda' din l-usanza tant sabieha bl-iskop li jinkoragixxi lill-allievi u bandisti zaghzagh ikomplu l-karriera muzikali taghhom. Tradizzjoni li ghada ssir sal-gurnata tal-lum.
Kemm dam idoqq mal-Banda ma kienx jonqos mill-kuncerti u dejjem attenda ghas-servizzi li kienet taghmel il-Banda kemm fir-rahal kif ukoll barra mir-rahal. Johnny Calleja kien musicista ta' kalibru mhux komuni. Daqq diversi rumanzi sew mal-banda Sant'Andrija kif ukoll ma' baned ohra Maltin u kiseb l-ammirazzjoni ta' kull min kien jisimghu.
Dan kollu ma naqqas xejn mill-imhabba tieghu lejn il-familja, li rabba b'tant ghozza u
mhabba. Il-mewt ta' wahda minn uliedhu halliet effett kbir fuq il-moral tieghu u sahhtu
hadet daqqa ta' harta kbira. Pero' qatt ma naqqas mill-prezenza tieghu fil-Kazin li kien tant
ghal qalbu.
Johnny Calleja miet fit-8 t'Awissu 2003 fl-eta' ta' 73 sena. L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija taghtu l-ahhar tislima flimkien mal-familjari tieghu billi assistiet ghall-quddiesa 'presente cadavere' li saret fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa. Huwa midfun fic-Cimiterju ta' Hal Luqa.
Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.
last modified: May 2003