
ANTONIO (NINU) MICALLEF
Tul il-medda ta' snin li ilha mwaqqfa l-Ghaqda Muzikali
Sant'Andrija, kellna diversi Presidenti li llum m'ghadhomx maghna.
U kollha taw il-kontribut siewi lill-Ghaqda, kollha hadmu b'ghaqal,
dedikazzjoni u determinazzjoni specjalment meta r-rih kien jonfoh
kontra taghna.
Kienu mexxejja li bl-ghaqal taghhom is-socjeta' taghna llum tinsab
fl-aqwa taghha. U llum is-socjeta' tghidilhom: Grazzi tal-hidma li
tajtuna.
Bniedem li ta kwazi hajtu ghas-Socjeta' taghna kien is-sur Antonio
Micallef jew kif kien maghruf is-Sur Nin. Ex Bandist, ex Delegat
tal-banda, ex Segretarju, ex President u temm il-karriera twila
tieghu mas-socjeta' taghna bhala President Onorarju.
Is-sur Tonin twieled Hal Luqa fis-6 ta' Settembru 1900, u kien
in-neputi ta' l-ewwel President ta' l-ewwel kazin tal-Banda f'Hal
Luqa, is-sur Giuseppi Micallef. Ta' 15-il sena, huwa ghamel l-ezami
ta' apprendist fid-Dockyard u gie t-12 il wiehed minn Malta kollha.
U beda jahdem fis-7 ta' frar 1916. Qabel ma spicca mit-tarzna kien
jokkupa l-kariga ta' Surveyor of Stores.
Minn meta kien ghadu tifel, kellu gibda lejn is-socjeta' taghna, u ta'
12-il sena beda jdoqq l-Althorn. Is-sur Tonin kompla jkun attiv
fil-kazin taghna u l-ewwel sar membru tal-Kumitat, sar Vici
Segretarju, Vici President u sar ukoll President tal-istess socjeta',
fl-iktar zmien difficli tal-gwerra, meta l-kazin kien tfarrak bil-bombi
tal-ghadu.
U proprju hawnhekk Ninu Micallef wera l-hila, l-kapacita' u l-imhabba
bla qies li kellu lejn l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, billi ha
r-responsabilta' ta' Kap ta' familja mnikkta, il-familja tal-Ghaqda
Muzikali Sant'Andrija. Kien zmien difficli hafna, izda bhalma ghidna, l-ghaqal tieghu gharaf imexxi lis-socjeta' taghna sabiex din baqghet soda.
Meta ntemmet il-gwerra, Ninu Micallef offra l-proprjeta' tieghu
(il-post fejn illum hemm il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija), lis-socjeta' taghna. Izda hawnhekk ukoll sab min kien qed jaghmillu l-bsaten fir-roti. Minkejja dan it-tfixkil, bhala President tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija baqa' jistinka allavolja kien gie nsulentat minn xi nies irresponsabbli. U baqa' jahdem sakemm hareg rebbieh. Kien bis-sahha tieghu biss li llum qeghdin ingawdu l-kazin li ghandna.
Iz-zghazagh tal-lum lis-sur Ninu Micallef ma jafuhx, forsi jafuh minn
xi ritratt jew mill-bust li ghandna fis-Sala tal-Presidenti fil-Kazin. Ninu Micallef kien bniedem serju, dixxiplinat, onest, fabbli u kien fuq kollox ihobb lil rahal twelidhu... Hal Luqa.
Kien fuq kollox bniedem karitattiv, religjuz u kont issibu minn ta'
quddiem biex jghin lil Ghaqdiet ohra, fosthom il-Museum tas-subien,
il-Boy Scouts u l-Football Club ta' Hal Luqa. Ninu Micallef serva
bhala President tas-Socjeta' bejn is-snin 1942-1944, 1946-1947 u 1951-1953,
u spicca bhala President Onorarju sakemm miet fit-31 ta' Mejju 1983.
Miet fi zmien meta' l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija kienet ser tibda l-festi biex jitfakkar il-mitt sena tat-twaqqif tal-ewwl ghaqda muzikali f'Hal Luqa, il-festi centenarji. In fatti miet hamest ijiem qabel il-ftuh ta' dawn ic-celebrazzjonijiet.
Il-Kumitat iddecieda li jaghti tislima denja u xierqa b'dinjita' u stima li s-socjet' setghet toffri u taghmel.
Il-Kumitat kien anke deciz li jhassar il-festi esterni, bhala turija ta' rispett lejn dan il-benefattur kbir tal-Ghaqda Muzikali sant'Andrija. Izda gara, li fuq insistenza tal-familja Micallef, il-festi kollha li kien hemm programmati, saru kollha.
Hal Luqa kienet tilfet gentlom u xhieda ta' dan kien il-luttu,
il-bandieri mezz'asta tal-kazini kollha tar-rahal u l-funeral solenni
li s-Socjeta' taghna tat lil mibki izda zgur qatt minsi Antonio
Micallef.
Send any questions or problems regarding
last modified: May 2003
PRESIDENT ONORARJU
MILL-ALBUM .....
Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta
this service to the administrator.