ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA




JIQBGHU MFAKKRA

:

 

NAZZARENO (RENO) AXIAQ
MEMBRU ONORARJU u KAXXIER ghal 14-il sena shah

Nazzareno maghruf ahjar maghna bhala Reno Axiaq twieled il-Qrendi fl-1931. Izzewweg Hal Luqa fejn ukoll gie joqghod, pero' qalbu qatt ma nesiet lil rahal twelidu u kien ihobb hafna l-Knisja u mod specjali l-festa ta' Marija Assunta, kif fil-fatt semma wkoll id-dar tieghu. U ma kienetx tonqos li fil-jiem tal-festa ta' Santa Marija Assunta (15 t'Awissu) ma kienx itella l-Bandiera bl-insinji tal-Madonna, fuq il-bejt tieghu f'Hal Luqa.

Bhalma ghidna kien ihobb ukoll il-Knisja u fil-jiem tal-festa ta' Marija Assunta kont issibu jghin fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi li kienet bieb u ghatba minn fejn kien trabba hu, u fejn kien ghad kellu membri tal-familja tieghu jghixu hemm. Kien gej minn familja attiva hafna ghal festa titulari tal-Qrendi.

U kien attiv ukoll fil-Kazin tal-Banda ta' Santa Marija tal-Qrendi. Xogholu kien fil-hanut tal-laham li kellhom hutu fil-Qrendi, u d-destin ried li izzewweg Hal Luqa, ghax b'hekk Hal Luqa setghet ukoll tibbenefika mill-generosita' u l-onesta' ta' Reno.

Peress li d-dar tieghu kienet vicin hafna tal-Kazin tal-football ta' Hal Luqa, kien jiffrekwenta hafna l-Kazin tal-football sa ma fl-ahhar ix-xorti wassliltu fil-bibien tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, fejn mill-ewwel gie mahtur u afdat bhala Kaxxier tal-Ghaqda taghna.

Il-membri raw fih bniedem ta' serjeta' u ta' onesta' kbira, u fl-istess waqt bniedem ta' impenn u kuragg. Qatt ma' qata' qalbu minn ebda progett li dahlet ghalih l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Iva, kien jibza ghas-sold li kien idahhal il-Kazin ghax kien jaf li l-ispejjes biex tamministra socjeta' huma kbar u l-ghejjun tad-dhul huma limitati. Imma bil-hidma u l-karizma tieghu is-sold kien jaghmlu tnejn.

U kienu bosta l-inizjattivi tieghu li kabbru lis-socjeta' taghna: l-idea li jkollna statwa ta' Sant'Andrija ghal waqt il-marci; l-idea tal-inzul ta' l-istatwa nhar il-festa fil-ghaxija bi brijju kbir, u wara bdiet issir it-tnejn wara x-xalata; il-mahzen tal-kazin; u hafna inizjattivi ohra li ttiehdu flimkien mal-Kumitat dirigenti.

Ghall-festi centenarji, li saru fl-1983, Reno Axiaq li dak iz-zmien kien il-Kaxxier tas-socjeta' irregala lill-Ghaqda Muzikali sant'Andrija, pittura sabieha tal-Martirju ta' l-Appostlu Sant'Andrija, li giet impittra mill-Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi, u li llum ghada zzejjen is-sala principali tal-Kazin. U dak ir-ritratt jibqa' tifkira tieghu peress li wiehed mill-persunaggi fir-ritratt jidher ibnu Vincent meta kien ghadu tfajjel zghir.

L-imhabba li kellu ghal Knisja kienet kbira. Minbarra l-ghajnuna tieghu lill-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi, kien strumentali biex ibnu Vincent jidhol mal-Komunita' Frangiskana tal-Kappuccini.

Il-Mulej ghanieh b'diversi talenti materjali u spiritwali. U dawn it-talenti uzahom ghal gid u ma kulhadd. Kien fuq kollox ihobb il-muzika klassika u ghalhekk ma setghax ma jhobbx il-banda.

Wara 14 il sena fil-kariga ta' Kaxxier ra li kien wasal iz-zmien li jidhol haddiehor izghar minnhu ghal piz al-kariga. Imma halla warajh socjeta' b'kapital kbir warajha, u ahjar milli sabha hu.

Reno Axiaq miet fit-13 t'Awissu 2004, proprju fil-gimgha li fiha kienet qed tigi ccelebrata l-festa li tant kien ihobb: il-festa tal-Assunta.

Forsi mhux ta' b'xejn il-Mulej ghazel li jigbru mieghu f'dak il-jum tant ghaziz ghalih biex jinghaqad ma' dik li tant kien ihobb: Marija Santissima. U l-funeral sarlu nhar is-Sibt, 14 ta' Awissu 2004, lejliet il-festa tal-Assunta. L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija akkumpanjatu fil-funeral tieghu bl-istandard u bl-ghola ufficjali tas-socjeta'. Wara li ntemmet il-quddiesa presente cadavere, l-President tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, Raymond Zammit, ghamel diskors ta' elogju u ringrazzjament lil hidma ta' Reno Axiaq fi hdan l-Ghaqda li fiha serva ghal snin twal u li taghha kien ukoll ammiratur kbir. Reno indifen fil-qabar tal-familja fic-Cimiterju tal-Qrendi.

Il-bandiera ta' Marija Assunta fuq id-dar tieghu ma telghetx iktar fuq il-bejt tad-dar tieghu f'Hal Luqa. Reno issa jiccelebra l-Ghid tal-Assunta mis-sema billi jitlob ghalina lkoll li ghadna hawn.



MILL-ALBUM .....




Copyright ©2001 - HFNET

Send any questions or problems regarding
this service to
the administrator.

last modified: May 2006