ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
10, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA




JIQBGHU MFAKKRA:

 

FRANCIS X. DALLI
PRESIDENT ONORARJU

Frangisku Saverju Dalli maghruf ahjar bhala Saverin ghall-habta ta' l-1936, beda jitghallem il-klarinett fil-Kazin tal-Banda Sant'Andrija ghand is-sur Salvu Ciappara flimkien ma' hafna tfal ohra.

Fil-festa ta' Santa Katerina ta' l-1937, il-Banda Sant'Andrija marret iddoqq iz-Zurrieq u Saverin Dalli daqq ghall-ewwel darba mal-banda f'dan is-servizz. Wara li hareg idoqq, xorta baqa' jistudja l-klarinett u s-surmast tal-Banda il-Kav. Anton Muscat Azzopardi ma damx ma poggieh idoqq klarinett prim.

Meta sar guvnott, ghamel l-ezami ghal mar-Royal Air Force u kkwalifika; u beda jahdem bhala Skrivan tal-prima mal-RAF.

Fl-istess zmien, f'Hal Luqa kien hawn grupp ta' Scouts u saverin Dalli dahal f'dan il-grupp u beda jdoqq mal-banda tal-Iscouts ma' hafna zaghzagh ohra mill-Ghaqda taghna. Dan il-grupp kien jaghmel Church Parade kull nhar ta' Hadd fil-ghodu u kienidoqq marci fit- toroq tar-rahal u fl-irhula tal-vicin. Fil-bidu tat-tieni gwerra dinjija, l-Iscouts bdew jghinu biex tinzamm l-ordni fir-rahal, specjalment waqt l-air raids, ghax kienu ghadhom ma sarux ix-shelters. Meta l-gwerra bdiet tihrax, u beda' jaqa' l-bini, dan il-grupp ta' l-iscouts ma baqax jiffunzjona.

Fil-gwerra, Saverin Dalli baqa' joqghod Hal Luqa. Meta r-Re Gorg VI gie jzur Malta f'Gunju tal-1943, Saverin Dalli ppartecipa mal-banda Sant'Andrija meta sellmet lir-Re bid-daqq tal-God Save, x'hin kien sejjer lejn l-ajruport.

Wara l-gwerra insibuh fil-Kumitat tas-socjeta' bir-responsabilta' ta' Kaxxier. Ftit tas-snin wara, jigifieri fis-sena 1982, gie elett Segretarju tal-Ghaqda Muzikali sant'Andrija ghal perjodu ta' sentejn shah. Dan kien fi zmien il-Presidenza tas-Sur Alex Serge.

Matul dan iz-zmien li kien qed jokkupa l-kariga ta' Segretarju, kienu bdew it-thejjijiet ghall-festi ta' l-eghluq il-mitt sena tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, fejn il-Kumitat kien qed jiltaqa' ta' spiss u wiehed jista' jimmagina x-xoghol kbir li kellu s-segretarju biex setghu isiru dawk il-festi li jibqghu memorabbli ghal tul is-snin, liema festi damu sejrin tlett gimghat shah, bl-avvenimenti li sehhew ftit granet wara, meta numru ta' partitarji tal-Ghaqda tieghu gew arrestati mill-Pulizija wara storbju li kien inqala fil-festa tar-rahal bejn partitarji taz-zewg kazini, u kienu tressqu l-Qorti partitarji ta' naha wahda biss!

Kien zmien ta' xoghol u sagrificcji kbar ghal bniedem anzjan bhal ma kien Saverin Dalli biex dawn il-festi saru b'success kbir bil-ghajnuna ta' shabu kollha tal-Kumitat organizzattiv. Imma Saverin qatt ma qata' qalbu minn xejn, u qatt ma beza' minn hadd u minn xejn li seta' b'xi mod tellfu mill-hidma sfieqa li gie afdat biha fi hdan is-socjeta'. U l-inqas mill-Ufficjali tal-Pulizija li fic-cirkustanzi ma qdewx id-doveri taghhom kif kien jixraq.

Appena ntemmu l-festi centenarji tal-1983, precizament f'Ottubru 1983, huwa temm il-mandat tieghu bhala Segretarju u ghadda r-responsabilta' tax-xoghol tieghu lis-successru tieghu Hector Farrugia bhala Segretarju tal-istess socjeta'. B'ringrazzjament, is-socjeta' hatrietu bhala President Onorarju taghha.

Minkejja li fl-ahhar beda jbati hafna minn nuqqas ta' vista,Saverin xorta baqa' jiffrekwenta l-Kazin tal-Ghaqda li ghaliha tant hadem u baqa' jinteressa ruhu u jghin f'dak kollu li seta' jaghti lis-socjeta'. Fuq kollox kien ihobb hafna lil familja tieghu u rabba lit-tlett uliedhu kif jixraq. Fil-funeral li sarlu fil-Knisja Parrokjali ta' Hal Luqa, l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija taghtu l-ahhar tislima flimkien mal-familja tieghu, ma' qrabathu u l-hbieb kollha li kienu jafuh.




MILL-ALBUM .....



LURA


Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to
the administrator.

last modified: May 2003