The Free Site   |  vBuddy - business networking   |  Cheap Web Hosting - starting at $5

ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA





HIDMA U ATTIVITA'

:

 

Il-Bidu ta' l-Armar ghall-Festa tar-rahal:





Il-Mahzen ta' l-armar - 1988

L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija sa mit-twaqqif taghha kellha l-iskop li tahdem b'risq il-festa titulari ta' Hal Luqa, dik tal-Patrun li ghalih issemmiet: Sant'Andrija. U biex tilhaq dak l-iskop fis-sena 1884 iddecidiet li taghmel statwa ta' Malta Gwerriera ghand l-iskultur maghruf Karlu Darmanin.

Dik l-istatwa kienet l-ewwel opra ta' tizjin li qatt kellha l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. U dejjem kienet tinzamm fil-Kazin tal-Banda, kien fejn kien. Wara dik l-opra, fil-bidu tas-snin 50 sar il-plancier artistiku li meta kien jizzarma kien jiehu kamra shiha biex jintrafa'. Fil-fatt il-hadid tieghu kien jintrefa gol-kantina tal-kazin fejn jinsab attwalment, filwaqt li l-injam tieghu kienu jintrefghu fi store li kellna gol-Kazin. Dawn kienu l-unici bictejn armar li kellha s-socjeta' flimkien mal-pedestall ta' l-istatwa ta' Malta Gwerriera li kien jintrefa' fil-mahzen tal-Knisja fi Triq ir-Rixtellu.

Fl-ahhar tas-snin sebghin, il-Kappillan ta' Hal Luqa, Dun Innocenzo Borg kien iddecieda li jaqsam l-armar li kienet tuza l-parrocca ghall-festa titulari ta' Hal Luqa, bejn iz-zewg kazini tal-banda Luqin. L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, wara li rat x'messha u x'kien hemm bzonn isir biex il-festa tkompli tikber, bdiet tahdem armar gdid ghall-festa ta' Hal Luqa. L-ewwel decizjoni kienet illi l-pilandri u trofej li kienu inghataw lis-socjeta' kienu kwazi fi stat irrekuperabbli u ghalhekk ittiehdet id-decizjoni li jsir sett gdid ta' pilandri u trofej biex izejnu l-pjazza taghna.

Minn hawn 'l quddiem hadd iktar ma' hares lura. U x-xoghol beda miexi b'ritmu mghaggel. Xoghol li rrikjeda finanzjament qawwi. U haga titlob ohra, u l-armar jizdied. U l-armar li jsir beda jintrefa' fil-Kazin ghax ma kellniex fejn nahznu. U l-kazin ma kienx kbir l-inqas. U l-kazin ried ikompli jaqdi l-funzjoni primarja tieghu bhala kazin tal-banda. Fejn jghallem lill-allievi, fejn isiru l-kuncerti, fejn isir party tal-milied, fejn isir riceviment, fejn il-membri jistghu jiddevertu u jqattghu siegha flimkien. U bdejna nintlew bl-armar. Il-kazin ghamel zmien li fih, ha sura ta' workshop tal-injam. Is-swali tal-kazin kollha mimlija daqs bajda bl-armar. Il-kmamar l-ebda wahda minnhom ma kienet tilqek, ghax kollha mimlija armar.

Is-Segretarju ta' dak iz-zmien (1984-6), fiz-zewg rapporti amministrattivi tieghu, dejjem sahaq fuq il-htiega li jinkera jew jinxtara garage fejn wiehed jibda jerfa' dan l-armar, li issa kien kiber sew. L-inqas kuncert sura ma seta' jsir minhabba l-ispazju ristrett li kellna bl-armar f'kull kamra tal-Kazin.

Kienu ilhom isiru tentattivi biex l-Ghaqda tinghata bicca art tal-Knisja fir-rahal stess, biex fuqha jinbena' mahzen ghall-iskop li fih jintrefa' l-armar tal-festa. U kienu bdew diskussjonijiet mal-Kappillan Dun Kalcidon Vassallo u tkomplew mal-Kappillan ta' warajh Dun Guzepp Vella. Pero' wara hafna korrispondenza anke mal-Kurja, dawn it-tahdidiet ma' wasslu ghall-ebda konkluzjoni prattika. Meta s-socjeta' rat li ma kienx possibbli li jkollna ezitu posittiv fuq din il-materja, gie deciz fl-1987, li jinxtara mahzen u ngorru l-piz finanzjarju kollu ahna stess. Permezz ta' mozzjoni li tressqet quddiem il-Laqgha Generali Annwali li saret il-Hadd, 6 ta' Dicembru 1987, il-Kumitat gie awtorizzat biex jaghmel dak kollu li kien hemm bzonn biex isib jew jibni mahzen ghall-armar, u ghal dan l-iskop, il-kumitat gie awtorizzat ukoll biex jissellef il-flus jekk il-fondi tal-kazin ma jservux. Il-Kumitat hatar kummissjoni ta' hames persuni bl-iskop preciz li jsibu post jew bicca art addattati ghal mahzen.

M'ghaddiex hafna zmien meta l-kummissjoni sabet mahzen ghall-bejgh. Meta din il-proprjeta' tressqet quddiem il-Kumitat u raw il-kobor tal-post, instab li dan il-mahzen kien jaqdi tajjeb il-htigiet kollha biex jintrefa' l-armar fih. U ghalhekk b'vot unanimu mill-Kumitat, gie deciz li jinxtara. Billi l-mahzen kien iqum l-eluf ta' Liri u s-socjeta' taghna ma kelliex dawk il-fondi, intalbet l-ghajnuna tal-membri u benefatturi. U dawn bhas-soltu u bhal ma gara ghal kull opra ohra li l-Ghaqda ghamlet fil-passatt, ma naqsux, anzi! Il-kumitat iddecieda li jaghmel talba ghal self ta' erbat elef liri Maltin minghajr imghax ghal ghaxar snin, minghand il-membri u benefatturi taghna. Dawn ingabru fi zmien hmistax-il gurnata minn hdax il-persuna u li kollha taw kemm setghu. Nhar is-Sibt, 21 ta' Frar 1988, quddiem in-Nutar Dottor Charles Mangion, sar il-kuntratt tax-xiri tal-mahzen. Il-President Carmelo Baldacchino, is-Segretarju Ivo Seychell u l-Kaxxier Reno Axiaq deheru f'isem l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Dan il-mahzen inghata l-isem ta' DAR L-ARMAR SANT'ANDRIJA, u jinsab fi Triq Andrea Vassallo.

Il-mahzen li xtrajna gie rrangat, biex minn dik is-sena stess jigifieri wara Lulju ta' l-1988, l-armar taghna beda' jintrefa' fih. Go dan il-mahzen inhadem lift biex itella l-armar fuq ir-raff, mill-President tas-socjeta' Carmelo Baldacchino. Inhadem ukoll karru biex permezz tieghu, jibda jingarr l-armar mill-mahzen ghall-pjazza u vice versa, minflok ma jibqa' jingarr fuq l-ispalla jew bl-idejn, kif kien isir sa' l-1986. Inhadem ukoll mobile lifter, biex jintuza mid-dilettanti tal-armar meta jkunu qeghdin jarmaw u jzarmaw l-armar fuq il-post, minflok ma juzaw slielem, li kultant kienu jkunu ta' periklu ghal min juzahom.

Dan kollu juri x-xoghol u l-hegga tal-membri u tad-dilettanti tal-armar, kemm zghazagh kif ukoll anzjani tas-socjeta' taghna, li issa ilhom snin shah sejrin fuq l-armar tal-festi, anke billi jaghmlu manutenzjoni ta' dan l-armar kollu, liema manutenzjoni tirrekjedi hafna xoghol u sagrificcji, u finanzjament.

Dan il-mahzen kien jikkonsisti f'garaxx kbir u twil, u gardina daqstant iehor twila mimlija bis-sigar tal-frott. Din il-gardina kien jiehu hsiebha l-President Onorarju Felic Farrugia, li kien irtira mix-xoghol ftit tas-snin ilu u ghalhekk intefa' b'ruhu u gismu fuq ix-xoghol ta' l-armar u l-mahzen.

Peress li minn meta nxtara l-mahzen, l-armar kompla jizdied, anzi zdied b'ritmu mghaggel hafna, il-mahzen intela malajr, u regghet fegget il-problema ta' nuqqas ta' spazju fejn wiehed jerfa'. Il-kumitat f'wahda mil-laqghat tieghu iddiskuta din il-problema u ddecieda li l-gardina li kien hemm retroposta ghall-mahzen tigi zviluppata biex il-mahzen jitkabbar. Il-kumitat iddecieda wkoll illi jekk ix-xoghol isir bil-volontarjat, billi konna ghadna kif hrigna spiza kbira biex: (i) nixtru l-mahzen u (ii) jigi rrangat il-kazin; il-gbir u l-piz finanzjarju li kien jirrikjedi dan il-progett gdid, ix-xiri tal-materjal kien lest li johroghom il-Kumitat.

Id-dilettanti tal-armar fil-Kumitat weghdu l-hidma volontarja taghhom u b'hekk gie deciz li jitqabbad perit u jhejji l-pjanti biex issir l-applikazzjoni ghall-permess ta' zvilupp. Malli hargu l-permessi, f'Awissu ta' l-1995, fegg l-ewwel voluntier fil-persuna ta' Joseph Mercieca, ix-xoqru, membru tal- Ghaqda taghna, li da parti tieghu gie bil-gaffa u t-trakk tieghu stess u beda jhammel il- gardina. Bhala bennejja gie Pawlu Spiteri jpoggi l-ewwel bricks mghejjun minn Felic Farrugia, Ivo Seychell u Joseph Attard (tal-Bugu). Wara li tlestew il-hitan, qabel ingieb l-ewwel saqaf tal-planki, l-ahwa Mario u Omar Camilleri offrew li jaghmlu s-suletti ta' taht il-planki u b'hekk il-holma bdiet naqra naqra ssir realta'.

Is-shutter ghall-konkos li kien jikkonsisti f'turgien u partijiet tas-soqfa, inhadem kollu minn Carmelo Attard (tal-Bugu). Il-konkos, li parti minnhu ngiebet minn Penza Construction, filwaqt li ghall-parti l-ohra ngiebet "mixture", gentilment mislufa minn Joseph cassar u railing ghall-winch, misluf minn Alfred Pisani u inghata bl-idejn. Kienu hafna l-membri li taw sehemhom fosthom: Ivan Sacco, Valent Spiteri, Joe Ghigo, Karmenu Abdilla, Michael Camilleri, Raymond Zammit, Andrew Bondin, Pawlu Fenech, Joe Zammit u Adrian Sammut. L-art tal-mahzen inhadmet bil-power flute miz-zaghzugh Etienne Curmi, membru wkoll fil-Kumitat.

Billi l-mahzen jikkonsisti fi tlett divizjonijiet, fejn hemm il-basement, ground floor u first floor; ghall-bini tal-ground floor, il-bennej kien Joe Bondin. Wara li tlesta x-xoghol tat-tqeghid tal-bricks gie mqieghed it-tieni saqaf. Carmelo Attard ghamel it-tarag ghall-ewwel sular u wara baqa' sejjer bil-bini ta' l-ewwel sular, mghejjun minn Valent Spiteri. Wara tqieghed l-ahhar saqaf u beda jsir xoghol tal-kontrabejt. Wara li tlestiet din il-biccca xoghol, f'temp hekk qasir, gie deciz li jsir id-dawl u jinkesa; biex ghall-festa tkun tista tizzanzan parti minnhu. Il-conduit tad-dawl sar minn Felic Farrugia taht id-direzzjoni ta' Joseph Spiteri. Ghall-kisi ma naqsitx l-ghajnuna ta' Luqa Cassar mghejjun minn Carmelo Attard, Joe Bondin u Joseph Bartolo.

Inxtara l-madum u Salvu Debono offra li jqieghdu hu, filwaqt illi Indri Bartolo offra li joghorku hu, kif fil-fatt gara. F'inqas minn sena, dan ix-xoghol hekk kbir sar fil-maggor parti tieghu kollu mill-voluntiera tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Ftit statistika: tqeghdu mal-4,000 brikka u sar kollu minn nies tal-Istilla! Din l-estensjoni tal-mahzen giet inawgurata nhar il-Hadd, 29 ta' Gunju 1997, b'marc mill-Kazin tal-Banda sal-mahzen Dar L-Armar, fi Triq Andrea Vassallo u tbierket mill-W.R. Kan. Dun Karm Zammit. Wara sar riceviment ghall-membri u l-benefatturi.

Il-Ko-Ordinatur ta' l-Armar George Bondin kellu dal-kliem xi jghid:

"Kien sewwa sew sentejn ilu, ghadni niftakar preciz, meta mort fuq il-Kaxxier Raymond Zammit u ghedtlu bil-hsieb li kelli: dik li nkabbru l-mahzen ta' l-armar. Hu mill-ewwel qalli biex l-ewwelnett nara ghal xiex kont diehel, ghax 'flus il-kazin m'ghandniex'. Konna ghadna kif hrigna mill-ispiza ghal refurbishment tal-Kazin. Xoghol li kien ilahhaq l-eluf ta' liri.

Bdejt hekk ghax tiskanta meta tara dan ix-xoghol kollu u tiftakar li sar kollu mill-bidu nett sa l-ahhar mill-membri fil-hin liberu taghhom. Timmeravilja ruhek ukoll bil-gbir ghall-finanzjament tal-progett mill-membri u benefatturi, meta tiftakar li ntefqu madwar Lm10,000 biex dan kollu jkun lest. Tista tghid li dawn ingabru kollha. Nixtieq ghalhekk nirringrazzja lil dawn il-benefatturi li bl-ghotjiet generuzi taghhom seta jitkompla x-xoghol.

Billi xoghol ta' dan il-kobor (u meta nghid kobor, qed nghid li sar workshop kbir isfel, mahzen fis-sular mezzan u sala fuq li tista' tintuza ghall-okkazjonijiet varji) dejjem sar b'mod volontarju, kultant jigi zmien fejn wiehed jaqta' qalbu. Il-problemi li tiltaqa' maghhom ma jkunux zghar. Pero' grazzi ghad-determinazzjoni u l-hegga ta' Carmelo Attard, Joe Bondin u Luqa Cassar, u bl-ghajnuna ta' Felic Farrugia, li kienu mill-bidu nett jahdmu fuq dan il-progett, tista' tghid li sar kwalunkwe xoghol: minn tqeghid ta' bricks u madum, sa kisi u tibjid. Ma' dawn irrid ukoll nirringrazzja lil hafna ohrajn li minn mument ghall-iehor gew joffru l-ghajnuna taghhom. .. Dal-mahzen huwa l-ikbar monument ta' l-armar ghas-socjeta' taghna."

Wiehed ma jistax ma japprezzax ix-xoghol li jwettaq il-Ko-Ordinatur ta' l-Armar George Bondin, li grazzi ghall-isforz qawwi tieghu u minkejja l-hafna diffikultajiet li jhabbat wiccu maghhom, dejjem zamm sod u llum l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija tista' tiftahar b'kapital ikbar milli kellha.

Certament l-ewwel ringrazzjament imur lil George Bondin li mexxa x-xoghol kollu u li fittex dejjem in-nies biex jitwettaq dan ix-xoghol. Warajh u li dejjem kien ta' forcina ghal George, u ghalkemm ta' eta' ferm sabieha kien Felic Farrugia li miet ftit jiem wara l-festa ta' Sant'Andrija ta' l-1998. Tismaghhom jiggieldu u jghajtu, pero' l-ebda wiehed minnhom ma jghaddi minghajr l-iehor. Barra dawn wiehed irid isemmi lil Karmenu Attard (tal-Bugu), lil Joe Bondin u lil Luqa Cassar. Dawn it-tnejn tista' tghid li kienu sa mill-bidu nett u meddew ghonqhom ghal diversi xoghlijiet.

Il-lista tal-volontiera u benefatturi hija twila wisq.



plancier plancier plancier



Hidma u Attivita'


Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: May 2006