L-istatwa ta' Sant'Andrija - 1979
Fi zminijiet mghoddija, f'Misrah Sant'Andrija fejn hemm il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija, kienet tintrama statwa fuq kolonna li kienet tirraprezenta
l-martirju ta' l-Appostlu Sant'Andrija; imma sfortunatament din spiccat u llum ma fadal xejn minnha hlief ir-ritratt.
Kienet ilha x-xewqa li ssir statwa ta' Sant’Andrija sabiex tibda tintrama fil-festa, wara li
kienet saret statwa zghira ghal fuq il-faccata tal-Kazin. Fil-pajjiz ukoll kien wasal iz-zmien
li tintemm il-bazi militari tas-servizzi Nglizi, u peress li ma kienx ghad fadal aktar skop li
nesebixxu fuq pedestall statwa ta' Malta gwerriera, gie deciz li ssir l-iStatwa tant mixtieqa
mill-membri tas-socjeta'. Ghal dan il-ghan, zewg membri tal-kumitat wara li kkonsultaw ruhhom
mal-istess Kumitat hadu l-inizjattiva u ordnaw minghand l-istatwarju Ghawdxi Michael Camilleri
Cauchi statwa ta' Sant'Andrija.
Ghaliex Michael Camilleri Cauchi? L-Ghaqda Muzikali taghna tista tiftahar li ghandha
xoghlijiet
tal-familja Camilleri Cauchi,
ulied il-maghruf statwarju Ghawdxi Wistin Camilleri Cauchi li kien maghruf ghal hila artistika
tieghu.
Filwaqt illi Michael hadem l-istatwa ta' Sant'Andrija li tintrama fil-Pjazza tal-knisja
fil-granet tal-festa, huh Alfred, kien hadem l-istatwa ta' Sant'Andrija li tinsab fil-faccata
tal-Kazin. Huhom Paul, pitter il-kwadru li jinsab fis-sala principali tal-Kazin li juri
l-adorazzjoni tas-salib ta' Sant'Andrija xoghol li tlesta u gie inawgurat fl-1983. Barra minhekk, Paul pitter ukoll il-kwadri ta' fuq il-bandalori
li jintramaw fil-pjazza fil-granet tal-festa u li juru siltiet mill-hajja tal-Appostlu Sant'Andrija.
Hekk kif waslet il-Laqgha Generali tas-socjeta', tressqet mozzjoni sabiex din l-istatwa ta'
Sant'Andrija tibda tintrama fuq il-kolonna ta' Malta fil-Pjazza tal-Knisja. Din il-mozzjoni
ghaddiet unanimament u minnufih gie awtorizzat il-kaxxier u l-president sabiex jaghmlu gabra
minn fost il-membri ghall-ispejjes sew ta' l-istatwa kif ukoll ghar-rinovazzjoni tal-kolonna.
Il-missjoni kellha tkun wahda ta' segretezza kbira peress li tal-Banda l-ohra, li kienu
jtellghu l-Anglu fuq pedestall, ukoll kienu ghajnejhom fuqna biex jaraw biex hergin. Ma kienux
jafu li ordnajna statwa ta' Sant'Andrija. Kienu jafu biss li se ssir statwa gdida.
Meta hadem din l-istatwa, Michael kien ghadu fil-bidu tal-karriera tieghu u kellu 28 sena u kien ghadu taht il-gwida ta' missieru Wistin li minghandhu tghallem id-disinn, modellar u kompozizzjoni. L-istatwa li harget
minn taht idejh zgur li kienet il-bidu ta' kullana ta' xoghlijiet mill-aqwa mferrxin ma' Malta u Ghawdex u sahansitra anke barra minn xtutna. Tant kien sodisfatt missieru bl-istatwa li hadem Michael, li meta marru ghaliha l-partitarji ma xtaqx li johduha u talabhom biex jibzghu ghaliha.
Meta wiehed ihares lejn din l-istatwa tara moviment helu u gentili fil-posizzjoni tal-figura filwaqt illi l-panneggi ta' l-ilbies ikompli jghin f'dan. L-anatomija, s-sider, ir-riglejn u l-idejn huma dettaljati tajjeb. Harstek ta' bilfors ma tintilifx fix-xenxilli izda l-istess figura
tmexxik 'l fuq lejn ras il-qaddis. Wiccu jesprimi l-qdusija tieghu, filwaqt illi b'harstu lejn
is-sema jurina li postu hu fis-sema
hdejn il-Mulej. B'idu wahda 'l barra, donnu qieghed ikellem lill-migemgha ta' quddiemu, filwaqt
illi b'idu l-ohra qieghed ihaddan
is-salib li tant habb. F'din l-istatwa ma narawx is-solennita' u t-trankwillita' li nsibu
nghidu ahna
fi statwi titulari, u dan ghaliex l-artist kien jaf li din ma kienetx statwa ghal go xi knisja
ghall-qima tal-fidili, izda biex tintrama' fi pjazza, f'ambjent ta' kuluri u brijju. Ghalhekk
johrog iktar l-aspett uman. Din l-istatwa hija xoghol mill-aqwa tal-kartapesta f'pajjizna.
Fit-23 ta' Gunju, 1979 sa minn filghodu kmieni, grupp ta' zghazagh membri tas-socjeta' marru
Ghawdex fuq missjoni, bl-iskop li jgibu din l-istatwa. Hekk kif waslu ghand l-istatwarju Michael
Camilleri Cauchi, u raw din l-istatwa infexxew f'capcipa kbira u minnufih ghabbew din
l-istatwa fuq it-trakk u haduha lejn ix-xatt tal-Imgarr t'Ghawdex. Ghadd kbir ta' nies li kienu
fuq
il-vapur t'Ghawdex, raw din l-istatwa u ammiraw ix-xoghol u l-hila tal-kapulavur ta'
l-iskultur Michael Camilleri Cauchi. Dawn baqghu gejjin dritt f'ghalqa fil-limiti ta' Hal Luqa
(Hal Farrug) fejn hemmhekk kellhom laqgha kbira mill-membri tas-socjeta' u bdew jarmawha bi
frieghi tal-palm, fjuri u bnadar homor. Dak in-nhar habtet il-gurnata meta l-Istatwa ta'
Sant'Andrija tal-Knisja kellha tinhareg min-nicca taghha biex tiehu postha fil-Knisja bi
thejjija ghall-Festa ta' Sant'Andrija.
Ghalhekk, appena l-istatwa tal-Knisja inharget fuq iz-zuntier, fejn intlaqghet b'capcip mill-Hal
Luqin migbura ghall-okkazjoni tal-hrug tal-vara min-nicca, u inharaq in-nar ta' l-ajru flimkien ma'
sfafar u gassijiet; u ddahhlet lura fil-Knisja, instema' hruq ta' sfafar, capcip, hornijiet u
l-istorbju kollu li setghu jaghmlu l-partitarji stillieri, gejjin minn naha ta' Carmel Street.
Fuq trakk
armat u ddekorat bi bnadar u frieghi tal-palm, iddahhlet trijonfalment fuq it-trakk, l-istatwa
gdida ta' Sant'Andrija fost il-hruq ta' sufarelli u waslet quddiem iz-Zuntier tal-Knisja, fost
ic-capcip tan-nies prezenti. L-istatwa ddawret ma' diversi toroq tar-rahal f'dimostrazzjoni
spontanja bil-partitarji stillieri jigru warajha minn kull fejn ghaddiet.
Wara l-istatwa twasslet quddiem il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija u ddahhlet fl-istess kazin fost
hruq ta' musketterija u sufarelli, u capcip ma' jaqta' xejn. Matul il-gimgha tal-festa, numru
kbir ta' nies u dilettanti, sew minn Hal Luqa kif ukoll barranin, gew fil-kazin jaraw u
japprezzaw din l-istatwa hekk sabieha.
Is-Sibt, 20 ta' Gunju, 1979, din l-istatwa tqeghdet quddiem il-plancier tal-banda fuq bradella
mahduma apposta mis-sur Joseph Galdes (membru bandist tas-socjeta') u f'cerimonja qasira
tbierket mill-Kappillan tal-parrocca il-W.R. Dun Innocenz Borg. Wara beda l-marc brijjuz u din
l-istatwa intrefghet fuq l-ispalla u giet imdawra mat-toroq ta' Hal Luqa waqt il-marc ta'
Lejliet il-Festa. Hekk kif il-marc wasal lura l-Pjazza hdejn il-Kazin, din l-istatwa giet
imtella' bl-idejn minn staffa ghall-ohra, fuq il-kolonna jew pedestall taghha, li kien armat
quddiem il-kazin biswit il-Knisja, fost ic-capcip u hruq tan-nar u brijju kbir. Waqt li kienet
tiela' fuq il-pedestall, il-Banda Sant'Andrija daqqet l-Innu tas-surmast Hal Luqi Vincenzo
Caruana u l-Innu tal-Patrun tal-Banda Sant Andrija tal-Hal Luqi, komposizzjoni ta' John Calleja, membru attiv
tal-istess socjeta'. Din l-istatwa ghada tintrama' sal-gurnata tal-lum fil-pjazza tal-Knisja u
ssirilha dimostrazzjoni bl-istess entuzjazmu u pompa li biha intramat l-ewwel darba.
IL-PEDESTALL (KOLONNA)
Meta saret l-istatwa ta' Sant'Andrija fl-1979, xoghol l-artist Michael Camilleri Cauchi, din
kienet hadet il-post u l-kolonna (pedestall) ta' l-istatwa ta' Malta Gwerriera, ta' Karlu
Darmanin, li kien ilha tintrama' fuq din il-kolonna sa' mill-1886. U ghalhekk mill-ewwel
inhasset il-htiega biex issir kolonna biex fuqha titpogga l-istatwa ta' Sant'Andrija u b'hekk
tkun tista tibqa tintrama' l-istatwa ta' Malta bhal fl-imghoddi.
Pero' gara li wara li kien inqasam l-armar tal-Knisja liz-zewg Kazini, kien sar programm li
permezz tieghu l-ewwel ma saru kienu sett pilandri, u wara sett trofej. Pero' kien wasal
iz-zmien li jsir il-pedestall. Ezatt wara li ghaddiet il-festa ta' l-1992, il-Kumitat hatar
kummissjoni biex tiehu hsieb din il-materja, u tnieda konkors ghad-disinn tal-kolonna.
Mid-disinji li gew ipprezentati intghazel dak tas-sur Joseph Saguna minn Ghawdex.
L-entuzjazmu tal-partitarji meta saru jafu li ser issir din il-kolonna wassal biex tnieda arbular
ghall-Pedestall, u mill-ewwel bdew
dehlin id-donazzjonijiet minghand il-benefatturi u l-partitarji. U kienu hafna dawk li nkitbu
fl-Arbular ghall-Pedestall.