The Free Site   |  vBuddy - business networking   |  Cheap Web Hosting - starting at $5

ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA





HIDMA U ATTIVITA'

:

 

Il-Bidu ta' l-Armar ghall-Festa tar-rahal:





Il-Kazin tal-Banda - L-akkwist u x-xiri tieghu

Huwa mportanti hafna li l-membri tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija kif ukoll kull min hu interessat fl-istorja tas-Socjeta' taghna, jkun jaf fejn kienu l-postijiet li xi darba jew ohra, servew bhala Sede (Kazin) tas-Societa' Filarmonica San Andrea, sa mill-fundazzjoni taghha jigifieri fl-1883 sal-gurnata tal-lum.

L-ewwel post li nkera ghall-iskop li tigi ffurmata l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija kien f'numru 165, Strada Carmine (Carmel Steet), u dan kien fl-4 ta' Gunju 1883.

Wara xi zmien f'dan il-post, il-kazin gie trasferit ghal numru 20, Misrah il-Knisja u fl-1923, ghal numru 1, Triq il-Brittanja (illum Triq Pawlu Magri).

Meta fis-sena 1926, blokk ta' bini li kien quddiem il-Knisja Parrokkjali tnehha biex saret il-pjazza ta' quddiem il-Knisja, il-Kumitat ta' dak iz-zmien haseb biex isib post centrali f'dan il-Misrah il-Gdid li sar quddiem il-Knisja (illum maghrufa bhala Pjazza Sant'Andrija).

Fis-sena 1931 il-kazin gie ghal darb'ohra trasferit ghal numru 13, Pjazza Sant'Andrija, fil-Misrah il-gdid li sar quddiem il-Knisja u dam f'dan il-post sas-26 ta' April 1941, meta dak in-nhar, il-Kazin taghna sar herba waqt attakk mill-ajruplani germanizi fuq Hal Luqa. B'hekk intilef hafna mill-patrimonju li kellha l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija fil-kazin taghha. Bil-kuragg u t-thabrik tal-kumitat ta' dak iz-zmien, inkera post temporanju f'numru 134 Strada Carmine (Triq il-Karmnu) fejn l-attivitajiet komplew isiru xorta wahda, ghalkemm fi zminijiet difficli.

Meta ntemmet il-gwerra u rega' kellna Kostituzzjoni, il-Prim Minsitru ta' dak iz-zmien, Sir Paul Boffa, beda jzur l-ibliet u l-irhula ta' Malta li kienu l-iktar milquta bi stragi u rovina li gabet maghha l-gwerra.

Fil-21 ta' Marzu 1950, il-Prim Ministru u l-Gvernatur ta' dak iz-zmien gew mistiedna ghal riceviment fil-Kazin taghna fejn inghataw merhba mill-President ta' dak iz-zmien, is-sur Indri Cassar u l-membri tal-Kazin. F'dan ir-riceviment, il-Kumitat talab lill-Prim Ministru biex il-post li kienet tokkupa l-Ghassa tal-Pulizija jinghata lill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija biex din is-socjeta' jkollha kazin f'post centrali fil-Pjazza. Is-sur Antonio (Ninu) Micallef, li kien il-President Onorarju tal-ghaqda, kien ukoll il-proprjetarju tal-imsemmi post, u ghamilha cara li kienet ix-xewqa tieghu li l-post numru 10, f'Misrah il-Knisja, jinghata lill-Ghaqda taghna.

Dak in-nhar il-Prim Ministru kien wieghed li ser jaghtina dan il-post, izda dan ma sehhx minhabba tfixkil u bsaten fir-roti li saru, biex ifixklu l-pjani tas-socjeta' taghna. Kien b'intervent ta' l-Avukat Giuseppe Maria Camilleri li fil-21 t'April 1951, il-Gvern laqa' t-talba legittima u genwina taghna, u minn dik il-gurnata memorabbli, l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija bdiet tuza l-post numru 10 Misrah il-Knisja bhala residenza ufficjali tas-socjeta'.

Kitba ta' Alex F. Serge - President Onorarju

Fis-26 t'April 1941, il-Kazin tal-Banda Sant Andrija li kien allura f'Misrah il-Knisja, jigifieri fil-kantuniera ta' magenb fejn hemm l-Ghassa tal-Pulizija llum, gie mgarraf bil-balal tal-ghadu fl-ahhar gwerra dinjija. Minnufih inkera post f'numru 134 Carmel Street, b'kera ta' 55 liri Sterlini fis-sena, bhala Kazin u appena ntemmet il-gwerra, is-socjeta' bdiet tfittex biex issib post fil-pjazza.

Is-sur Toninu Micallef li kien il-President tas-socjeta' dak iz-zmien, ghamel suggeriment li l-kazin imur minflok l-ghassa tal-pulizija, li allura kienet fi proprjeta' tieghu (10 Misrah il-Knisja), u l-ghassa tmur minflok il-kazin f'numru 134 Carmel Street. Dan is-suggeriment sab oppozizzjoni minn xi nies u l-Kummissarju tal-Pulizija xtaq li jinstab post iehor fil-pjazza. Fis-16 t'April 1949, il-Malta Band Clubs Association hadet inizjattiva u laqghet ghandha delegazzjoni mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u mill-Ghaqda Muzikali l-Unjoni ta' Hal Luqa, u dan bl-iskop li jissolvew l-intoppi li kienu qed jinqalghu, li kienu qed jostakolaw lill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija milli ssib post fil-Pjazza principali.

Meta dan it-tfixkil baqa' jirrenja, u biex ma titlifx opportunitajiet ohra, is-socjeta' hadet b'cens ta' 55 lira fis-sena, post imwaqqa' fil-pjazza li kien numru 15 Misrah il-Knisja, bl-iskop li tmur fih wara li jinbena' mill-gdid u wara toffrieh lill-Kummissarju tal-Pulizija. Gara li l-Kummissarju meta sar jaf li l-post numru 15, Pjazza tal-Knisja ser jinbena mis-socjeta', accetta li jiehdu bhala ghassa tal-pulizija minflok 134 Carmel Street, provizorjament u wara li jinbena numru 15 Pjazza tal-Knisja, jergghu jifthu l-ghassa tal-Pulizija fil-pjazza.

It-trasferiment sar nhar il-21 ta' April 1951 minn 134 Carmel Street ghal numru 10 Pjazza tal-Knisja. Jumejn wara (23 t'April 1951) saret laqgha tal-Kumitat fejn gie deciz li fil-faccata kellhom jitwahhlu zewg irhamiet: wahda bl-iskrizzjoni "St. Andrew's Band Club", u l-ohra "Bethsaida Palace". Sena u nofs wara, nhar is-6 ta' Novembru 1952, kien gie ffirmat il-kuntratt tac-cens tal-post ghal 41 sena b'cens ta' erbghin liri sterlina fis-sena.

Il-kumitat kien bil-hsieb li jixtri l-fond ma' l-ewwel opportunita' li jkollu. Fil-laqgha generali li saret fis-6 ta' Jannar 1968, allura waqt il-Presidenza tas-sur Carmelo Baldacchino, inghatat l-awtorita' lill-kumitat biex jixtri r-residenza u intghazlet Kummissjoni ta' tlieta minn nies, komposta mis-sur Carmelo Baldacchino, is-sur Felix Farrugia u s-sur Carmelo Seychell sabiex dawn jidhlu f'negozjati mal-proprjetarju s-sur Toninu Micallef u jirrappurtaw lura lill-Kumitat.

Il-kazin inxtara minghand is-sur Toninu Micallef nhar is-27 t' Awissu 1969.

Il-kuntratt sar ghand in-Nutar Dr. George Cassar. Ghal dan il-ghan, inhatru biex jiffirmaw il-kuntratt f'isem is-socjeta' il-President, is-sur Carmelo Baldacchino; il-Vici President, is-sur Felix Farrugia; is-Segretarju, is-sur Francis X. Mifsud, kif ukoll il-Kaxxier, is-sur Joseph Demicoli. Il-prezz li bih inxtara l-fond kien ta' tlett elef liri sterlini (L3,000). Sabiex sar dan il-pass, is-socjeta' kellha tissellef somma zghira ta' flus minghand membri generuzi peress illi ghal dak iz-zmien kienet somma ragjonevoli.

(Fir-ritratt jidhru il-President Carmelo Baldacchino waqt l-iffirmar tax-xiri minghand is-sur Ninu Micallef, quddiem in-Nutar George Cassar)

Issir l-ewwel modifika u rikostruzzjoni tal-kazin

Fid-9 ta' Marzu 1970, saret laqgha generali fejn gie approvat li jsir pjan ta' modifikazzjoni tal-kazin, kif inhu fil-prezent illum. Dan il-pjan ta' modifikazzjoni sar mill-President Carmelo Baldacchino fuq pariri tal-perit l-Onor. Dom Mintoff. Ix-xoghol ta' twaqqiegh kif ukoll il-bini mill-gdid skond il-pjan ta' modifikazzjoni kif kien ippjanat, tmexxa mis-sur Mikiel Fava taht id-direzzjoni ta' l-arkitett Raymond Mintoff.

L-inawgurazzjoni tal-modifika li sehhet fil-kazin saret fl-ahhar tridu tal-festa ta' Sant'Andrija nhar il-Gimgha, 5 ta' Lulju 1974, permezz ta' kxif ta' l-istatwa ta' Sant'Andrija li saret mill-iskultur il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, u liema statwa giet iffinanzjata mis-sur Giuseppi Galea maghruf bhala l-Bniedem, li kien benefattur kbir u membru anzjan tas-socjeta' taghna. Il-kxif sar mill-istess Giuseppe Galea u l-istatwa tbierket mill-W.R. Kappillan Dun Innocenz Borg, filwaqt li ndaqq l-innu lill-Patrun tal-Banda Sant'Andrija fuq versi ta' P.P. Theuma u muzika tas-sur Johnny Calleja, Assistent Surmast tal-Banda Sant'Andrija. Wara ndaqq l-Innu ta' l-Istatwa ta' Malta ta' Vincenzo Caruana.


It-tieni modifika tal-kazin

Fl-1994, regghet sehhet modifika fil-Kazin tal-Banda Sant'Andrija. Din il-modifika kellha l-iskop li jinbidlu s-soqfa tas-swali principali, modifikazzjoni ta' xi kmamar u zieda ta' kmamar ohra, rinovazzjoni tas-sistema tad-dawl u tal-ilma, il-gallerija flimkien ma' manutenzjoni tajba tal-istess post. Dan bl-iskop li l-Kazin ikun jista' jkompli jaqdi l-bzonnijiet tal-membri, li ta' kull jum jiffrekwentawh fil-hin liberu taghhom.

Ghal dan il-ghan, il-kazin specjalment is-sular ta' fuq, gie mbattal minn kull haga li kienet tinsab fihom. Dan ix-xoghol sar appena l-festa ta' Sant'Andrija tas-sena 1994 intemmet. Kull haga li kien hemm fis-swali tat-tieni sular gew trasferiti ghal post iehor, gentilment misluf lis-socjeta' mill-familja Zammit, liema post kien vicin hafna tal-Kazin.

NOTA: Fir-ritratt tal-faccata tal-kazin wiehed jista jara l-istatwa antika ta' San Guzepp fin-nicca tal-frontispizju. Din illum inbidlet ma' statwa gdida ta' Sant'Andrija.

Immedjatament inbeda x-xoghol ta' twaqqiegh li gie fdat f'idejn Francis Xavier Busuttil u hutu; u sa l-ahhar ta' Settembru, ix-xoghol ta' kostruzzjoni kien tlesta. Il-koperazzjoni li ntweriet mill-kuntrattur mal-kumitat biex jigi ko-ordinat ix-xoghol delikat li kellu jsir ghenet biex setghu jinghelbu l-inkonvenjenti kollha.

Appena tlesta dan ix-xoghol, bdiet il-hidma ma taqta' xejn mill-membri li vvolontarjaw li jaghmlu certu xoghol, bhalma hu l-kisi, tikhil, tibjid, madum, ilma, dawl, ecc. Il-membri tal-kumitat iddedikaw hafna mill-hin taghhom fuq dan ix-xoghol b'sagrificcju personali u tal-familji taghhom, u kienu dejjem disposti li jikkoperaw biex ix-xoghol isir skond il-programm li tfassal. Is-Segretarju tal-Kazin Ivo Seychell, minkejja l-impenji tieghu mal-grupp tan-nar u mas-Segretarija, dejjem kien lest li jaghti daqqa t'id kull fejn kien hemm il-bzonn.

George Bondin, li qatta hafna hin specjalment fix-xoghol li sar fil-kamra laterali fis-sular terran kif ukoll f'xoghol iehor.

Il-kuntrattur Xavier Busuttil, wara li lesta x-xoghol primarju tieghu ta' kostruzzjoni, intefa' b'ruhu u gismu biex jghin fil-hidma li kien hemm bzonn, fosthom: il-kontrabejt, il-ballavostri, il-blokka tal-arblu, partitions ta' l-injam, u l-bibien tal- galleriji z-zghar.

Joseph Attard (il-bugu) li ghen tista' tghid fix-xoghlijiet kollha; Antoine Zerafa, li ha hsieb ix-xoghol tal-hadid tat-turgien u li kellu l-ghajnuna wkoll ta' missierhu Leli Zerafa; Andrew Schembri, Horace Camilleri, Joe Camilleri u Pierre Fava wkoll taw l-ghajnuna taghhom kull fejn kien mehtieg.

Barra dawn il-membri tal-Kumitat kien hemm diversi membri ohra fosthom: Luqa Cassar li ha l-inkarigu biex jiksi, jkahhal u jbajjad ix-xoghol kollu. Salvu Debono qieghed il-madum tal-kmamar il-godda flimkien ma' dak tal-kcina; Indri Bartolo li ghorok il-madum; Joseph Attard, Valent Spiteri, George Borg u ibnu, Ivan Sacco, Roosevelt Psaila, Victor Sammut, Ivo Seychell u Luqa Cassar hadu hsieb ix-xoghol taz-zebgha.

Victor Sammut kahhal ukoll is-saqaf tal-kamra laterali. Ix-xoghol tal-ilma sar minn George Bondin. Il-conduit kollu sar minn Raymond Zammit li kien il-Ko-Ordinatur tax-xoghol, flimkien ma' diversi membri ohra. Joe Spiteri ha hsieb is-sistema l-gdida tal-elettriku u sab anke l-ghajnuna ta' diversi membri ohra fosthom Andrew Schembri. Pawlu Tonna - li hadem xi xoghlijiet fl-injam fosthom cupboards, irranga xi bibien ta' l-injam biex jitwahhlu f'postijiet godda, u ha hsieb l-armar tas-swali. Joe Ghigo li ha hsieb l-ixkattlar tal-bibien u l-poggamani biex setghu jergghu jigu llustrati. Andrew Bondin li hadem l-imwejjed u l-bank ghall-kcina. Frans u Andrew Buttigieg li llustraw mill-gdid il-poggaman tat-tarag u Pawlu Fenech li llostra zewg bibien mill-gdid.

Flimkien ma' dawn il-hafna membri li ghenu u kkontribwew fil-hidma volontarja li saret biex il-kazin jigi rinnovat kif jixraq fi zmien hekk qasir, wiehed ma jistax jonqos li ma jsemmix ewlieni fosthom lil President Onorarju Felic Farrugia, flimkien ma' Indri Camilleri, Gorg Bartolo, Alfred Bartolo, Pawlu Fenech, Tony Bartolo, Joe Bondin, Pawlu Camilleri u Indri Stivala.

Il-president tas-socjeta' Mose' Zammit, flimkien ma' Carmelo Baldacchino u Alex Serge (presidenti Onorarji) ukoll taw is-sehem taghhom bil-pariri, l-ghajnuna u s-support morali taghhom, support li kull tant kien mehtieg hafna.

Kien hemm diversi benefatturi ohra, fosthom in-Nisa partitarji kif ukoll dawk li ghenu wkoll finanzjarjament biex seta' jitwettaq dan ix-xoghol.

Xoghlijiet ohra li saru fil-Kazin

Il-Kamra laterali isfel.

Ix-xoghol li sar fiha kien jinkludi brix tat-troll (saqaf) minn George Bondin u Victor Sammut, u li wara tkompla minn Omar Camilleri u Adrian Sammut. Il-bieb ta' din il-kamra inhadem minn Philip Bonnici filwaqt illi Frankie Psaila ha hsieb id-dwal taghha.

Xoghlijiet fuq il-faccata tal-Kazin.

Ix-xoghol kien jinkludi irrangar tal-aperturi tal-injam t'isfel. Dawn inharqu miz-zebgha li kellhom u gew restawrati u mizbugha mill-gdid. Ghar-rigward tal-bibien tal-galleriji z-zghar ta' fuq, dawn inhadmu minn Xavier Busuttil. Qed jinhadem ukoll ix-xoghol tad-dawl tal-faccata bil-conduit biex jibqa permanenti f'postu tul is-sena kollha, minbarra dak tal-pilastri. Il-faccata giet mizbugha wkoll. Dax-xoghol kollu sar minn membri tal-Ghaqda.

Akkwist ta' Kamra isfel.

Il-kamra li tmiss mal-kazin u li taghti ghal Triq San Guzepp u li kienet mikrija ghand is-socjeta' taghna, issa nxtrat u saret proprjeta' taghna. Ghalkemm kamra zghira, din giet tiswa somma sabieha izda fiha utilita' kbira. L-iskop li ghalih inxtrat din il-kamra hu li tigi utilizzata bl-ahjar mod possibbli u kif l-iktar jaqbel lill-Kazin. Wiehed mill-progetti konnessi ma' din il-kamra hi t-tibdil tas-sistema tad-drenagg li ser titnehha mill-kantina u tghaddi minn din il-kamra ghal go Triq San Guzepp. Fil-fatt issa din il-kamra qed tintuza bhala entratura sekondarja ghall-Kazin.



marc filghodu Kazin imzejjen serata muziko-letterarja



Hidma u Attivita'


Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: May 2005