The Free Site   |  vBuddy - business networking   |  Cheap Web Hosting - starting at $5

ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA



speaker speaker


HIDMA U ATTIVITA'

:

Il-Bidu ta' l-Armar ghall-Festa tar-rahal:





L-armar ta' l-Ghaqda: Il-Plancier artistiku

Fis-6 ta' Settembru 1953, il-Kumitat kellu proposta quddiemu sabiex jaghmel plancier gdid u modern. F’dak iz-zmien, is-socjeta' kienet ghada kemm ghamlet spiza kbira billi xtrat strumentatura gdida ta' Boosey & Hawkes u ghal dan il-ghan, kienet isselfet il-flus minghajr imghax minghand il-membri f'cedoli ta' Lm5 'l wahda. Dawn kienu qeghdin jithallsu lura Lm10 fix-xahar u s-socjeta' ma setghet taghmel ebda spiza ohra meta s-self kien ghadu ma thallasx lura.

Madankollu, l-Kumitat ma qatax qalbu ghax fost is-socji kien hemm nies ta’ kull sengha li kienet tenhtieg bicca xoghol bhal din u dawn kollha offrew li jaghmlu x-xoghol b'xejn waqt il-hin liberu taghhom.

Biex ma jintilifx zmien, il-kumitat awtorizza lill-President is-sur Alex Serge, u lis-sur Andrea Demicoli sabiex flimkien mas-sur Salvu Ciappara u s-sur Carm Mangion jaghmlu fond ghal dan l-iskop u jibdew jigbru minn fost is-soci u partitarji sakemm issir Laqgha Generali fejn tinhatar Kummissjoni ghal dan l-iskop. Il-gbir li beda jsir kien inkoragganti hafna ghax fi ftit granet kienet ingabret somma flus gmielha filwaqt li hafna mill-membri li kienu sellfu flus ghax-xiri tal-istrumentatura, hallew dan is-self bhala ghotja ghal gbir tal-plancier.

Fit-18 ta' Settembru 1953, saret il-Laqgha Generali fejn unanimament giet approvata l-proposta sabiex isir plancier gdid modern u dekorat. Ghal dan il-ghan, inhatret kummissjoni maghmula minn Noe' Ciappara bhala Chairman, u mis-sinjuri Carmelo Caruana, Gianmari Busuttil u Salvu Ciappara. Din il-kummissjoni inghatat il-poteri mil-Laqgha Generali sabiex tigbor fondi, tniedi konkors u taghzel l-ahjar pjanta, u tikkordina x-xoghol u tixtri l-materjal necessarju.

Fit-12 ta' Novembru 1953, intghazlet il-pjanta tas-sur Carmelo Caruana, minn Haz-Zabbar (mhux il-membru tal-Kummissjoni) u wara li nxtara l-materjal kollu mehtieg, fil-31 ta' Jannar 1954 inghata bidu ghal dan il-progett ambizzjuz. Fil-bitha tal-Kazin tqeghdet forga u nkwina, morsa u bank tax-xoghol. Ta' kull filghaxija, il-membri kienu jqattghu sighat twal jahdmu u matul il-gurnata, l-anzjani tas-socjeta' kienu jaghmlu xoghol ta' preparazzjoni ghal fil-ghaxija. Dak iz-zmien il-welding ma kienx uzat bhal-lum, u ghalhekk fejn kien possibbli hafna mix-xoghol sar bir-rivets. It-trapani ta' l-elettriku kienu ghadhom fil-bidu taghhom u biex isiru t-toqob ghar-rivets, Salvu Ciappara gab ir-rebekkin li kellu missieru Indri Ciappara u tista' tghid illi t-toqob kollha li hemm fil-hadid saru b'dan ir-rebekkin. Ghal dan ix-xoghol goff, inhass il-bzonn ta' l-ispazju u ghalhekk fl-20 ta’ Settembru 1954, inkera post magenb il-kazin. Meta kien lest il-frame tal-hadid, il-kummissjoni xtaqet li jintrama sabiex tara kienx fih xi difetti. Dan il-palk ingarr u gie armat fil-post ta' Maria Concetta Camenzuli li kien ghadu mwaqqa' bil-gwerra fi Triq Sant'Andrija.

Wara li tlestiet l-ewwel fasi tax-xoghol tal-frame tal-hadid, inghata bidu ghax-xoghol tal-injam u l-gallerija. Minnufih, il-kummissjoni ghamlet gabra ohra u l-membri ikkontribwew tajjeb hafna u l-materjal ghall-kumplament tax-xoghol seta jinxtara u qatt matul iz-zmien li kien qieghed isir il-plancier ma naqsu l-fondi mehtiega biex jinxtara l-materjal.

L-injam kif wiehed jista' jara, kien bicca xoghol kbira u dan nistghu nghidu li kien il-kapulavur tas-sur Giammari Busuttil. Jekk wiehed jezamina l-precizjoni ta' kif inhu mahdum dan ix-xoghol, minghajr ghajnuna ta' magni moderni li jezistu llum, bilfors li wiehed jibqa' mistaghgeb.

Kanni tal-bronz ghall-poggaman ma nstabux jinxtraw minn Malta u kellhom jigu ordnati minn barra. Il-bocci tondi gew ordnati mill-Funderija u wara gew mahduma mis-sur Joseph Zammit, Guzi Cremona (iz-zanz) u Joe Zammit (Jr), fuq torn tas-saqajn u li kien ingieb minghand Felix Micallef fil-kazin u tqieghed fil-kamra laterali tal-genb (fejn kienet saret il-kamra fejn jintlaghbu d-darts). Fuq dan l-istess torn, saru wkoll mill-istess persuni is-saqajn u r-ruzuni tal-aluminium.

Il-brazzi li fihom bicca xoghol kbira bit-tghawwig tal-kanen saru mill-anzjan is-sur Giusepp Zammit mghejjun minn anzjan iehor Giuseppi Cremona u z-zaghzugh Joe Zammit. Wara bicca xoghol hekk kbira l-anzjan Giuseppi Zammit ma kellux ix-xorti li jarah lest ghax miet appena lesta dan ix-xoghol.

Il-galleriji saru mill-ahwa Noe' u Salvu Ciappara u kienu bicca xoghol apprezzata hafna. Fihom ma nsibu ebda welding izda kollox irrivitjat u mmincottat. Id-disinn li fiha huwa kollu mahrug minn hadid solidu. L-istilel u l-armi muzikali tal-bronz li fihom dawn il-galleriji saru mis-sur C. Debono (il-baby). L-iskultura saret kollha kemm hi mid-disinjatur tal-palk is-sur Carmelo Caruana, president onorarju u mis-sur Gianmari Busuttil.

Finalment id-dekorazzjoni u l-irhamar sar mis-sur Anthony (Ninu) Schembri bniedem maghruf sew ghall-kapacita' tieghu f'dan il-mistier. Id-dekorazzjoni tal-palk hija l-ghaxqa ta’ kull min ihares lejh, u ghadu sal-lum singulari fil-forma tieghu.

Dax-xoghol kollu sar kollu kemm hu minghajr hlas, fil-hin liberu tal-membri u hafna nies ohra. L-ispiza globali lahqet is-somma ta’ sitt mitt lira f'materjal biss.

Meta tlesta x-xoghol kollu, inkera l-Express Theatre li kien jinsab fi Triq San Gorg ghal 15-il gurnata, fejn intrama l-plancier sabiex isirulu l-ahhar irtokki u fejn saru l-kuncerti tal-banda bhala preparazzjoni ghall-festa ta’ l-inawgurazzjoni tieghu. F’dan it-teatru, fuq il-plancier il-gdid sar ukoll recording tal-marci u l-Overture 1812, li ndaqqet bil-kor ghall-ewwel darba f'Malta.

Ghall-inawgurazzjoni ta’ dan il-plancier, saru jumejn festi, li bdew nhar is-Sibt 19 ta' Settembru 1959 filghaxija, b'marc mat-toroq tar-rahal mill-Banda Queen's Own ta’ l-Isla u wara sar loghob tan-nar f'Misrah il-Knisja. L-ghada fil-ghodu, wara l-Quddiesa Kantata tkanta Te Deum b'ringrazzjament, fil-Knisja Parrokjali. Wara fl-10.00 a.m., beda marc mar-rahal mill-Banda Victory tax-Xaghra Ghawdex, li dam sejjer sa’ nofs innhar. Fl-4.00 p.m. il-Banda Sant'Andrija akkumpnajat lill-Ecc. Tieghu Mons. Isqof Emmanuel Galea u lill-Ex President tal-Qorti Sir Luigi Camilleri minn Triq il-Gdida sa’ quddiem il-plancier il-gdid li kien gie armat f'Misrah il-Knisja. Wara d-diskors tal-okkazjoni mill-membru anzjan is-sur Gorg Caruana, il-plancier il-gdid gie inawgurat minn Sir Luigi Camilleri u mbierek mill-E.T. Mons. Isqof Emmanuel Galea. Wara, l-Banda Sant'Andrija hadet posta fuq il-plancier u esegwiet dan il-programm:

Inno Pontificio
Overture: 1812 – P. Tchaikovsky (bil-kor ghall-ewwel darba f’Malta)
Kantata lill-Appostlu Sant'Andrija – Pawlu Vella (versi ta' l-Av. Gorg Zammit)
Fantasia: Boris Godunoff – T. Mussorsky
Parafrasi: Presso il fiume stranier – G. Gounod
Innu tal-Banda - Antonio Miruzzi
Innu Malti
God Save the Queen

L-ghada t-Tnejn, 21 ta’ Settembru 1959, il-quddies kollu li sar fil-Knisja Parrokjali ta' Hal Luqa kien kollu b'suffragju ghall-membri tas-socjeta’ u l-familji taghhom mejtin.


Fl-1990, fil-mahzen ta' l-armar kien hemm attivita' kontinwa peress li d-dilettanti tal-armar iddecidew li jaghtu dehra gdida lill-plancier li kien sar 32 sena ilu.

Dan il-plancier li kien inhadem minn diversi persuni, ewlenin fosthom Giammari Busuttil, Joseph Zammit, Guzi Cremona, Noe u huh Salvu Ciappara, Joseph Zammit Jr., Francis X Mifsud, u Ninu Schembri, fuq disinn tal-imghallem Carmelo Caruana.

Tlieta minn dawn (Giammari Busuttil, Ninu Schembri u Francis X Mifsud) regghu taw il-hidma taghhom biex il-plancier jerga jiehu dehra friska flimkien ma' membri dilettanti iktar zghazagh.

Biex il-plancier jinghata restawratura denja jirrikjedi hafna xoghol specjalment fil-faccata tieghu. Din il-faccata tkopri diversi panewijiet, it-tarag principali u l-legiju. Ix-xoghol jigbor fih xi tibdil ta' injam li nstab li kien spicca u tmermer, irhamar mill-gdid b'kuluri li jmorru mal-kumplament tal-armar li ghandna fil-pjazza u nduratura gdida. Dan ix-xoghol ta' restawr sar kollu kemm hu mill-membri waqt il-hin liberu taghhom.

NOTA: Fit-tlett ritratti li jsegwu, jidhru siltiet mill-attivita' ta' l-inawgurazzjoni tal-plancier, bil-wasla tal-mistiedna distinti fosthom L-ET Mons Isqof Emmanuel Galea, u l-ex President tal-Qorti Sir Luigi Camilleri, li kienu akkumpanjati mill-Banda Sant'Andrija.



plancier plancier plancier



Hidma u Attivita'


Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: May 2006