| The Free Site | vBuddy - business networking | Cheap Web Hosting - starting at $5 |

Il-Bidu ta' l-Armar ghall-Festa tar-rahal:
L-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija jew kif kienet maghrufa dak iz-zmien bhala Societa' Filarmonica
Sant'Andrija, rat il-bidu taghha fl-1883. Kif il-banda ssahhet sew, is-socjeta' bdiet tahseb
sabiex ikollha statwa simbolu taghha, li tkun tista tintrama fil-festa fil-Pjazza tar-Rahal.
Uhud mis-soci xtaqu li ssir statwa ta' Santa Maximilla, peress illi din kellha konnessjoni
mal-martirju ta' Sant'Andrija, filwaqt illi ohrajn xtaqu statwa ta' Malta bhalma kien qed isir
f'postijiet ohra. Ghaldaqstant saret laqgha ghas-soci kollha u fiha gew ipprezentati zewg
abbozzi: wiehed ta' Malta u l-iehor ta' Santa Maximilla. Il-maggoranza ghazlet l-istatwa ta'
Malta u ghalhekk giet ordnata din l-istatwa ghand l-istatwarju Karlu Darmanin. 'L quddiem
l-istatwa ta' Santa Maximilla saret xorta wahda bi flus li hargu xi membri. L-istatwa ta'
Santa Maximilla ghadha sal-lum tintrama fi triq il-Karmnu fi zmien il-festa ta' Sant'Andrija.
Il-pedestall ta' l-istatwa ta' Malta inhadem minn zewg membri tas-socjeta': l-imghallem
Gian Patist Cremona u P. Zammit, fuq disinn ta' socju iehor li ghamel isem ghall-hila tieghu,
il-Perit Indri Vassallo. Il-gbir ghal din l-istatwa sar mill-istudenti Giacomo Baldacchino u
Francesco Schembri. Fil-festa ta' Sant'Andrija ta' l-1886, izzanznet l-istatwa ta' Malta fuq
pedestall b'zewg pilandri ghal quddiem il-Pedestall.
Ghal din l-okkazjoni l-Banda Sant'Andrija daqqet Innu lil Sant'Andrija Appostlu fuq versi ta'
wiehed mhux maghruf u mmuzikat mis-surmast taghha Mro. Tumaso Galea. Il-partijiet ta' dan
l-Innu jinsabu mizmuma b'ghozza kbira fl-Arkivju tal-Kazin.
L-istatwa ta' Malta Gwerriera - 1884
F'Hal Luqa baqghalna hjiel zghir ta' l-id li kellu ghad-disinn il-Perit Indri Vassallo, u dan il-hjiel narawh fl-armar li kien jintrama fil-pjazza ta' Hal Luqa sas-sena 1981, flimkien mal-pedestall li ghadu jintrama sal-lum mill-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. Fil-fatt Indri Vassallo kien socju tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija u meta kien gie deciz li jsir pedestall u statwa ta' Malta Gwerriera, dan kien gie avvicinat u nhadem il-pedestall flimkien ma' zewg pilandri fuq disinn tieghu. F'dan ix-xoghol wiehed jista jara s-sengha ta' proporzjonijiet perfetti li fih, u ghadu meqjus bhala wiehed mill-isbah xoghlijiet li jintramaw fil-festa. Id-disinn tal-pedestall kien ghamlu meta kellu biss 29 sena ghax fil-fatt intrama ghall-ewwel darba fl-1886. Dwar l-armar l-iehor, nistghu nghidu li hu ta' certu klassi, fejn il-proporzjonijiet huma perfetti. Hawnhekk nistghu nghidu li wara hafna snin mitluq, u wara li l-Kappillan Dun Alfred Vella avvicina liz-zewg kumitati tal-Banda dwar dan, membri taghna ddecidew li jigbru dan l-armar kollu fil-mahzen taghna biex ma' l-ewwel okkazjoni li jsibu jirrestawraw xi ftit minnhu biex jerga jintrama ghall-festa. Fil-fatt dan sehh fis-sena 2002.
|
Hidma u
Attivita' |
Send any questions or problems regarding
this service to the
administrator.
last modified: May 2006