The Free Site   |  vBuddy - business networking   |  Cheap Web Hosting - starting at $5

ST. ANDREW'S BAND CLUB

Bethsaida Palace,
17, Misrah il-Knisja,
Luqa, MALTA



speaker speaker


HIDMA U ATTIVITA'

:

 

Il-Bidu ta' l-Armar ghall-Festa tar-rahal:





Il-Pilandri u Trofej - 1984

Bhal ma konna ghidna f'naha ohra ta' din il-web site, l-Ghaqdiet Muzikali ta' Hal Luqa qatt ma kienu responsabbli mill-armar ta' barra. Dak kien dejjem xoghol il-Knisja li tqabbad in-nies biex jarmaw pilandri u trofej fil-pjazza principali ta' Hal Luqa ghal zmien il-festa.

U l-armar ma tantx kien hawn fir-rahal, ghax kull ma kien hawn kienu ftit pilandri, mal-ghoxrin b'kollox u trofej - forsi kien hawn xi tuzzana li kienu jinqasmu fiz-zewg pjazez principali ta' Hal Luqa. U ma tantx kienu jkunu fi stat tajjeb, ghax manutenzjoni qatt ma saritilhom. U kienu ilhom is-snin.

Gara izda, li gie zmien meta bdiet tkun difficli hafna ghall-Knisja u mod specjali ghall-Kappillan ta' Hal Luqa biex isib min jarma il-ftit armar li kellha l-Knisja ghall-Festa ta' Sant'Andrija. Wiehed irid jghid hawnhekk, li f'Hal Luqa kienu jigu celebrati zewg festi: wahda titulari ta' Sant'Andrija u l-festa sekondarja tal-Madonna tac-Cintura. Il-festa sekondarja kellek il-prokuratur taghha li kien ikun dejjem xi hadd mill-Ghaqda Muzikali Unjoni, u allura ma kienx ikollu diffikulta' biex jarma l-pjazza ghall-festa tac-Cintura. Imma ghall-festa titulari li fiha kienu jippartecipaw iz-zewg kazini tal-Banda b'sehem ugwali bejniethom, kienet tkun difficli saret ghall-Kappillan biex isib min jarma. U meta l-Kappillan Dun Innocenz Borg qasam l-armar antik li kellha l-Knisja u ghaddihom lill-Ghaqdiet Muzikali, biex jibdew jiehdu hsieb huma ta' l-armar ta' barra, l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija sabet li ma kellha kwazi xejn x'tarma, ghax l-armar kien ghoddu tmermer. U kellu bzonn manutenzjoni radikali. Meta l-Kumitat gie biex jevalwa l-ispiza ghar-restawr taghhom, gie deciz li jsir armar gdid ghall-Misrah il-Knisja.

L-ghaqda kienet konxja mill-intrigu kbir u mir-responsabilta' gdida li l-Ghaqda kienet diehla ghalih, pero' gie deciz li nidhlu ghal dan l-impenn gdid b'entuzjazmu, allavolja konnha konxji mil-limitazzjonijiet li kellna, bhal nghidu ahna fejn ser nerfghu l-armar gdid. Kien gie deciz li l-ewwel isiru sett pilandri u wara sett trofej. Finanzi ma kellhiex is-socjeta' u allura bdejna x-xoghol fuq l-ewwel opra: sett pilandri tad-dawl.

Fis-sena 1984, wara li sibna l-voluntiera - kollha nies tas-sengha u ta' hila kbira, nies li kienu responsabbli mill-plancier li kien ghadu l-mimmi t'ghajnejna, gie mqabbad disinjatur fil-persuna tas-sur Salvu Bugeja minn tas-Sliema. Fi ftit granet dan ghamel disinnn li gie diskuss mill-Kumitat u mill-voluntiera u gie deciz li jsir dan ix-xoghol, taht is-supervizjoni tieghu.

Il-kazin sar qisu workshop ghal darb'ohra u fil-hin liberu taghhom, dawn il-voluntiera bdew jahdmu l-ewwel sett ta' 8 pilandri tad-dawl. Ma kienetx haga hafifa u kien jenhtieg sagrificcju kbir. Imma wara hidma ta' sitt xhur shah, dan is-sett pilandri tlesta ghall-festa titulari ta' Sant Andrija tas-sena 1985. Izzanznu dawn it-8 pilandri kompluti bil-brazzi tad-dawl, li komplew kabbru t-tizjin tal-Pjazza taghna flimkien mal-plancier artistiku u l-istatwa ta' Sant'Andrija.

Kienu wkoll hafna dawk il-membri u partitarji li tawna l-ghajnuna finanzjarja biex dan is-sett isir realta' f'qasir zmien. U kienu wkoll hafna dawk il-membri u partitarji taghna li taw il-hin u l-hidma taghhom biex dawn il-pilandri saru u b'hekk kabbru wkoll isem l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija.

U wara li ntemmet b'success il-hidma fuq il-pilandri, inghata bidu ghall-hidma ikbar fuq it-trofej. Kullhadd jaf illi hemm iktar xoghol biex taghmel trofew milli biex taghmel pilandra. U biex is-sett ikun komplut gie deciz li d-disinn tat-trofej isir ukoll mis-sur Salvu Bugeja, l-istess disinjatur li fassal il-pilandri. F'Jannar tas-sena 1985 inbeda x-xoghol fuq it-trofej. Peress li l-ispiza kienet kbira mhux hazin, u l-voluntiera hadmu kollha bla hlas, xorta wahda mill-fondi konnha nieqsa hafna, minkejja l-generosita' tal-membri u l-partitarji taghna. Ghalhekk ittiehdet id-decizjoni li jsiru biss zewg trofej bhala bidu. Il-pjan kien li ghall-festa titulari tas-sena 1985, jizzanznu tnejn minn disgha trofej kompluti b'kollox, jigifieri bil-bandieri u l-bandalori wkoll.

Bhalma jafu d-dilettanti tal-armar, it-trofej jkunu iktar kolossali u majestuzi mill-pilandri, ghax filwaqt li dawn tal-ahhar ikunu pjuttost ta' ghamla zghira u rqieqa, it-trofej ikunu iktar goffi u gholjien u jifformaw il-parti kolossali ta' l-armar waqt li l-pilandri jakkumpanjawhom. Ghal dan ix-xoghol sibna ghajnuna kbira mill-imghallem Guzeppi Galea, li kellu l-hanut tal-mastrudaxxa fi Triq ir-Rixtellu. L-Imghallem Galea li gej minn familja ta' benefatturi tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija, u bniedem li, bhal familja kollha tieghu, ihobb hafna l-festa titulari ta' Sant'Andrija, ghogbu jhalli lill-membri u l-voluntiera taghna, jaghmlu uzu mill-workshop tieghu fi Triq ir-Rixtellu, kif ukoll ghenhom bil-pariri siewja tieghu, biex setgha jsir dan ix-xoghol fuq it-trofej.

L-ewwel zewg trofej armati b'kollox, izzanznu fil-festa ta' l-1986. Dawn gibdu l-ammirazzjoni tad-dilettanti kollha tal-armar li gew jarawhom matul il-festa ta' dik is-sena. Wara dak ix-xoghol id-dilettanti bdew juru l-ghejja wara kwazi tlett snin ta' hidma kontinwa u ma taqta xejn. Izda l-Imghallem Guseppi Galea ma tilifx zmien u appena ntemmet il-festa ha l-inizjattiva u rega' ghaqqad it-tim tad-dilettanti ta' l-armar u rega' offra ghat-tielet sena l-hanut tax-xoghol tieghu bil-magni ghad-disposizzjoni taghhom. U b'dan il-kuragg, gie deciz li jitkompla x-xoghol fuq is-sett kollu jigifieri 7 trofej ohra.

Biex isiru 7 trofej ohra, kien mehtieg hafna xoghol u spejjes. Is-Segretarju offra li jigbor minghand il-membri ta' kull gimgha, u b'dan il-kuragg mill-kumitat u mill-membri, inbeda x-xoghol xahar wara l-festa.

Wara sena hidma kbira u kontinwa, dan is-sett ta' seba' trofej tlesta, ghalkemm mhux komplut b'kollox u gie mzanzan fil-festa tas-sena 1987.

Hawnhekk ta' min jaghti gieh lil dawk li hadmu kemm fuq il-pilandri kif ukoll fuq it-trofej.

Kellna lil Raymond Zammit, Amministratur tal-bidu ta' l-Armar tal-festa, li ghamel ukoll id-disinn tal-brazz tal-pilandri u l-isfumar ta' l-induratura fuq id-disinn tal-bandalori u fuq l-iskultura. Is-sur Giuseppi Galea li fil-hanut tax-xoghol tieghu sar hafna xoghol u hafna drabi waqaf mix-xoghol tieghu biex jaghti l-pariri siewja tieghu mill-esperjenza vasta li ghandhu fuq xoghol bhal dan. Lill-mastrudaxxi Giannmari Busuttil u Pawlu Tonna, li hadmu x-xoghol kollu tal-injam mghejjuna minn Felic Farrugia. Lil Charlie Sultana li ghamel hafna xoghol fuq l-ixkattlar u zebgha. Lil Toninu Schembri li ta l-kulur u ghamel l-irhamar kollu hekk majestuz. Lill-ahwa Joseph u Charlie Ghigo li ghamlu l-iskultura tal-fibreglass Lil Francis (Cikku) Mifsud li ha hsieb l-induratura. Lil Andrew Stivala li ta l-vernic lix-xoghol kollu Lil Joseph Zammit li ghamel l-irfinar tal-iskultura tal-fibreglass lill-ahwa Galea u l-ahwa Cassar (partitarji nisa) li hietu l-istandardi u l-bandalori Lill-Kumitat tas-Sezzjoni Nisa u lil dawk li organizzaw lotteriji bl-iskop li jingabru fondi halli jiffinanzjaw dan il-progett Lis-segretarju Ivo Seychell li ha hsieb li ta' kull gimgha jigbor il-flus, kif ukoll lill-membri kollha li ghenu kemm materjalment kif ukoll finanzjarjament.



pittura pittura bandalora



Hidma u Attivita'


Copyright ©2001 - St. Andrew's Band Club, Luqa Malta

Send any questions or problems regarding
this service to the administrator.

last modified: May 2006