It-Tower
mill-Ko-Ordinatur ta' l-Armar George Bondin
Ghas-sena 1991, id-dilettanti tal-armar tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija raw holma ohra minn
taghhom titwettaq. F'dik is-sena nxtara tower biex ikun jista' jigbed il-karru tal-armar
mill-mahzen ghall-pjazza u vice versa.
Tajjeb li nsemmu illi qabel ma kellna l-mahzen, l-armar kollu li kellha l-Ghaqda Muzikali
Sant Andrija kien jinhazen kollu fil-kazin u fil-kantina tal-istess kazin. Dan l-armar:
plancier, pilandri, trofej, pedestalli, ecc., kien kollu jinhareg u jiddahhal fil-kazin fuq
l-ispalla u bl-idejn. Kien jirrekjedi l-ghajnuna ta' hafna nies biex narmaw u nzarmaw l-armar
kollu li kellha l-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija. U hafna tbatija wkoll fix-xemx tizreg tas-sajf.
Meta nxtara l-mahzen li jinsab fi Triq Andre' Vassallo, il-hidma zdiedet u t-triq twalet.
U ghalhekk inhass il-bzonn li ssir xi haga biex it-tbatija tonqos u l-affarijiet isiru b'iktar
professjonalita'. Dejjem inhasset il-htiega li, sa minn meta nxtara l-mahzen, u peress li
l-karru tal-armar konnha qed nigbduh bl-idejn, kien ta' inkonvenjenza u tbatija kbira hafna. U kien
ghalhekk illi fl-ahhar gie deciz li jinxtara tower bhal dak li kienet tuza'
l-Air Malta
ghall-garr tal-bagalji tal-passiggieri.
Wara hafna giri f'kull rokna ta' Malta bla success, konna ghoddna qtajna qalbna li dak li
hlomna seta' jsir realta'. Fi Frar 1991, is-sur Carmelo Baldacchino (President Onorarju)
kellem lil George Bondin, il-Ko-ordinatur tal-Armar u flimkien marru Benghisa fejn kien hemm
scrapyard u hemmhekk, "sibna tower tat-tip Ford ta' l-1957", u li kien jintuza mill-Air Malta
snin qabel. Meta daru dawra mieghu sabu li dan ma kellu xejn jahdem, peress li kien ilu snin
mitluq ghax-xita u x-xemx, u l-body tieghu kien kwazi spicca ghal kollox.
Meta raw hekk, bdew itellghu u jnizzlu jekk jixtruhx jew le. Fl-ahhar hadu decizjoni u xtrawh
kif kien u wara li ftehmu prezz, bdew jahsbu kif ser iwassluh Hal Luqa minn Benghisa. Gie
avvicinat Pawlu Busuttil li jahdem bhala sewwieq ta' trailers u flimkien marru fuq il-post biex
jaraw x'cans kien hemm li jingibed. Peress li kien iggakkjat fuq il-gebel, hadu cans u nefhulu
t-tyres u meta raw li dawn ma nizlux, allura kienu ghadhom tajbin, iddecidew li jingibed. Pawlu
mar igib trakk u tow bar, u f'kemm trodd salib, dan it-tower wasal Hal Luqa fost l-iskossi,
peress li molol fuq wara, dan it-tower ma kellux. F'Hal Luqa, dan it-tower gie ggaraxxjat
fil-garage ta' George Bondin.
Peress li ghall-festa ta' l-1991 ma tantx kien fadal wisq, beda x-xoghol fuqu minnufih.
Inqalghet il-makna u kull parti ohra li kien hemm imwahhla mieghu u spicca 'chassis' wahdu. Kull
parti bdiet tigi rrangata u mhaddma jew mibdula, u l-magna giet zarmata bicca bicca. Il-makna
tieghu hija Ford Side Valve 10HP, u din saritilha dak kollu li kien hemm bzonn u wara li
regghet giet armata thaddmet mill-gdid wara snin twal wieqfa. Wara li gie mizbugh
ix-'chassis' beda jigi armat bicca bicca. Tul dan il-process kollu, f'mohh
id-dilettanti kien hemm dejjem ir-rieda li kemm jista' jkun dan it-'tower' jinzamm
fl-originalita' tieghu.
Zewg Presidenti Onorarji: Carmelo Baldacchino u Felic Farrugia, taw l-ghajnuna taghhom kollha.
Wara li gie armat kollox, kien jonqos il-body. Gew avvicinati Robert Sultana u Frederick Delia u
dawn offrew li jisprejjaw it-tower minghajr hlas. Meta tlesta l-body bdew il-provi.
Wara li rajna li kollox kien sew hlief ghal xi affarijiet zghar, li malajr gew irrangati,
il-provi wrew li l-bicca xoghol li twettqet, kienet success iehor fil-kullana ta' successi
ghall-Ghaqda Muzikali taghna. Dax-xoghol kollu ha erba' xhur shah, in fatti sa ftit granet
qabel il-festa titulari.
U fil-festa ta' l-1991 dan it-tower, mizbugh kulur ahmar u b'bandiera zghira ta' Sant'Andrija fuq quddiem,
beda l-hidma tieghu biex inaqqas mill-piz tad-dilettanti fil-garr ta' l-armar. Ghalhekk gie
deciz li qabel ma jibda l-hidma tieghu flimkien mad-dilettanti tal-armar, dan it-tower jigi
mbierek mill-Kappillan tal-parrocca.
Waslet il-gurnata tat-Tlieta, 2 ta' Lulju, 1991 u fis-7.00 p.m. (fil-gimgha tal-festa), meta
tlaqna mill-mahzen ta' l-armar fi triqtna lejn il-kazin bil-karru armat ghall-okkazjoni, migbud
mit-'tower'. Fuq quddiem tat-'tower' inhadmet arma ta' Sant'Andrija u bandiera. Quddiem il-kazin
tal-Banda Sant'Andrija kien hemm gemgha gmielha ta' partitarji, li kif rawna resqin infexxew
icapcpu filwaqt illi l-Banda li nzertat kienet qed taghmel kuncert generali, daqqet l-Innu Marc.
Il-Wisq Reverendu Kappillan Dun Guzepp Vella imbaghad bierek dan it-'tower' fost ic-capcip, hruq ta'
sufarelli u musketterija mill-partitarji u l-membri tal-Ghaqda Muzikali Sant'Andrija.
Ix-xampanja ma naqsitx: il-fatt li dak it-'tower', li kien ilu snin mitluq u issa rega' inghata hajja gdida, u
lest biex jaqdi d-doveri godda tieghu ... dik li jaqdi lill-Kazin tal-Banda Sant'Andrija
fil-garr tal-armar ghall-festa tal-padrun taghna Sant'Andrija ... hija raguni bizzejjed biex wiehed
jiccelebra bil-kbir!